Barranin
Tinstab ittra ġo flixkun li twaddbet fil-baħar 50 sena ilu

Ittra li ntremiet fi flixkun fl-Oċean Indjan instabet 50 sena wara minn adolexxent.

Paul Gilmore, li dak iż-żmien kellu 13-il sena, waddab il-flixkun waqt li kien qed jivvjaġġa bejn l-Ingilterra u Melbourne ma’ familtu fuq dgħajsa.

L-ittra nstabet fin-naħa t’Isfel tal-Awstralja minn Jyah Ellott, adolexxent ta’ 13-il sena li kien qed jistad ma’ missieru.

Is-sur Gilmore qal li dejjem kien jittama li kien jirċievi ittra lura.

Fl-ittra, bid-data 17 ta’ Novembru, 1969, Gilmore kiteb li kien qed jivvjaġġa għall-Awstralja u talab lil min isib din in-nota biex jibgħat lura.

The letter written by Paul Gilmore

Gilmore, li llum huwa ġardinar u sid ta’ negozju qal li dawn l-ittri kienu parti mill-avventura tiegħu. Qal li kien jieħu gost jaqra l-istejjer ta’ avventura u kien jimmaġina li l-ittra se ssibha xi tfajla sabiħa fi gżira eżotika.

Jyah pictured with the letter

Jyah Elliott sab l-ittra f’Talia Beach. Missieru qal li kissru l-flixkun biex jippriservaw il-karta. Qal li ibnu se jibgħat ittra lura lil Gilmore li bħalissa jinsab cruise. Il-qraba ta’ Gilmore qalu li hekk kif jirritorna mill-cruise, se jibgħatlu ittra lura. 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Koppja Franċiża tinsab f’baħar inkwiet wara li għamlu xi ħaġa li ħasbu ma kien fiha xejn ħażin waqt li kienu fuq btala fl-Italja. Il-koppja riedet iżżomm tifkira ta’ bajja partikolari…

Barranin

Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte ta r-riżenja tiegħu fis-Senat wara li qal tiegħu dwar il-kriżi li jinsab fiha l-Gvern Taljan. F’diskors li dam madwar siegħa, Conte kkritika bl-aħrax lill-Ministru tal-Intern…

Barranin

Twitter u Facebook ħadu passi biex jimblokkaw dak li ddeskrivew bħala kampanja ta’ misinformazzjoni li għaddejja bl-appoġġ taċ-Ċina. Twitter qal li neħħa 936 account li qal kienu qed jintużaw biex…

Aktar