Kronaka
AĠĠORNAT: Is-suspettati fil-qtil taż-Żurrieq jinżammu arrestati

Leon Debono u Owen Schembri, it-tnejn ta’ 18-il sena li jgħixu f’appartamenti differenti fl-istess blokka f’Ħal Kirkop tressqu l-Qorti mixlija bil-qtil ta’ Saviour Gaffarena ta’ 27 sena fiż-żona ta’ Ħal Millieri, limiti tal-Imqabba u ż-Żurrieq u bl-attentat ta’ qtil ta’ kuġinuh Vince Gaffarena ta’ 17-il sena li għadu l-Isptar f’kundizzjoni kritika iżda stabbli.

Fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, iż-żewġ żgħażagħ ġew mixlija li sparaw arma tan-nar u li kellhom arma mingħajr il-permess tal-Pulizija.

Huma tressqu l-Qorti mill-ispettur Keith Arnaud, Kurt Zahra u Melvin Camilleri. L-ispettur Arnaud spjega kif l-isparatura seħħet nhar l-Erbgħa għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija, b’
Vince Gaffarena ta’ 17-il sena saq il-karozza minn Ħal Millieri għal Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija fl-Imqabba b’kuġinuh mejjet mejjet fl-istess karozza. Jidher li kien Vince Gaffarena stess li kiteb l-ismijiet tal-akkużati u għadda l-karta lill-Pulizija. It-tnejn ġew arrestati tliet sigħat wara f’Ħal Kirkop.

Il-Ġimgħa filgħodu, il-pulizija sabet l-arma tan-nar li allegatament intużat fil-każ. L-arma nstabet moħbija f’siġra f’għalqa f’Ħal Kirkop.

Fil-Qorti, iż-żewġ suspettati li qalu li ma jaħdmux m’għamlu l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u baqgħu jinżammu arrestati.

Aktar kmieni: Tinstab l-arma li ntużat fil-qtil taż-Żurrieq – is-suspettati għall-Qorti llum

Il-Pulizija qalet li sabet l-arma tan-nar li allegatament inqatel biha Saviour Gaffarena ta’ 27 sena, u li feriet ukoll b’mod gravi lil kuġinuh ta’ 17-il sena, nhar l-Erbgħa li għadda.

L-isparatura seħħet f’Ħal Millieri, fil-limiti taż-Żurrieq, bil-karozza li kienu fiha ż-żewġ żgħażagħ tibqa’ tinstaq sal-Imqabba.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-arma nstabet kmieni dalgħodu moħbija f’siġra f’għalqa f’Ħal Kirkop.

Żiedet li l-investigazzjonijiet, immexxija mill-Iskwadra tal-Omiċidji  flimkien mal-Pulizija tad-Distrett, baqgħu għaddejjin matul l-aħħar sigħat, biex issa l-Pulizija tinsab f’pożizzjoni li tressaq il-Qorti żewġ ġuvintur.

Is-suspettati, li għandhom 18-il sena u 19-il sena, kienu arrestati f’Ħal Kirkop, inqas minn tliet sigħat wara r-reat.

Huma mistennija jitressqu il-Qorti b’arrest illejla, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia, fejn se jkunu akkużati bi qtil u attentat
ta’ qtil, fost akkużi oħra.

Sadanittant, il-kundizzjoni taż-żagħżugħ ta’ 17-il sena, li ntlaqat minn tir f’sidru u f’wiċċu għadha waħda gravi imma stabbli u għadu qed jiġi rikoverat fl-Isptar Mater Dei.

Aħbarijiet Oħra

Il-kumpanija għall-immaniġġjar tal-iskart, Wasteserv, qalet li qed iżżid l-isforzi biex il-pajjiż itejjeb ir-rata tar-riċiklaġġ. Wara l-akbar esportazzjoni f’seba’ snin ta’ fdalijiet ta’ ħġieġ, fil-landfill tal-Għallis bħalissa għaddejja operazzjoni kbira biex…

Sean Grech ta’ 26 sena mis-Siġġiewi ġie mixli li kkaġuna ġrieħi ħfief lit-tfajla tiegħu. Iż-żagħżugħ, li hu wkoll missier, ġie mixli li bl-imġieba tiegħu kkaġuna biża’ li se tintuża vjolenza…

Ħmistax-il ġurnata ‘l bogħod mill-elezzjoni għall-kap tal-Partit Nazzjonalista, iż-żewġ kandidati – Adrian Delia u Bernard Grech – qalu tagħhom dwar ir-rapport ta’ due diligence li sar dwarhom u li ġie…

Il-Wasteserv reġgħet ċaħdet allegazzjonijiet li saru fuq l-operat tagħa f’Għawdex u qalet li mill-investigazzjoni li għamlet irriżulta li dawn huma infondati. Fi stqarrija b’referenza għal artiklu ppublikat f’Il-Mument ġimagħtejn ilu,…

Aktar