Kronaka
BIL-FILMAT: Tinstab mejta f’darha wara 3 xhur

Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur.

TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.

Il-Pulizija qed jinterrogaw lir-raġel tal-mara li huwa mifhum li żammha d-dar mejta. Minn informazzjoni li kiseb TVM jirriżulta li r-raġel ma għamel l-ebda rapport meta mietet u ried li jibqa’ jżommha miegħu fl-appartament.

Il-Pulizija marru fuq il-post fi Triq San Luqa fil-Qawra fl-appartament fejn tgħix il-koppja, wara li kienet ilha xi żmien ma tikkomunika bħas-soltu mal-Kummissjoni Għolja Ingliża f’Malta. Nifhmu li r-rapport li mara setgħet kienet nieqsa sar għall-ħabta tas-7p.m. Meta daħlu fl-appartament, sabu lil mara mejta fis-sodda.

Nifhmu li żewġha instab mill-Pulizija f’ħanut tax-xorb viċin tal-appartament. Huwa ttieħed l-Għassa tal-Qawra fejn ġie mitkellem fit-tul dwar dan il-każ.

F’dan l-istadju l-Pulizija mhi teskludu xejn, għalkemm jidher li setgħet mietet mewta naturali.

Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace qed tmexxi inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mis-Supretendent Mario Haber, flimkien mal-Ispettur Clayton Camilleri u s-Surġent Glen Carabott mill-Għassa tal-Qawra.

L-awtopsja, li se ssir t-Tlieta mistennija titfa’ aktar dawl fuq il-kawża tal-mewt.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

6 kantanti Maltin minn La Voix Studios kisbu unuri kbar meta ġew fl-ewwel post f’diversi kompetizzjonijiet fil-Polonja. Ilbieraħ Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud…

Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Lokali

2 persuni ġew arrestati wara li ntlemħu jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fil-Gżira. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.55am, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza…

Aktar