Kronaka
Isibu persuna mimlija demm – il-pulizija b’tiri ta’ twissija wara li l-aggressur prova jaħrab

Żagħżugħ t’għoxrin sena safa midrub gravi b’daqqiet ta’ sikkina jew imqas f’argument li kellu ma’ raġel ieħor fid-dar tal-ġenituri tiegħu f’Birkirkara.

L-argument qam fid-dar fejn joqgħod iż-żagħżugħ fi Triq Tumas Galea f’Birkirkara malli daqqu nofsinhar. Il-ħemda li normalment tirrenja f’din it-triq inkiser bl-għajjat għall-għajnuna bin-nies li semgħu l-għajjat minnufih isejħu lill-pulizija. Fuq il-post ftit tal-ħin wara waslu l-pulizija tar-Rapid Intervention Unit li kellhom jisgassaw il-bieb biex jidħlu u sparaw bit-taser lill-aggressur li xorta rniexxielu jiżgiċċa u qabeż fil-bitħa ta’ dar oħra. Il-pulizija kellha tispara żewġ tiri ta’ twissija fl-ajru wara li rat li l-aggressur ipprova jaħrab.

Fuq il-post intbagħtu żewġ ambulanzi b’waħda minnhom titlaq tiġri lejn l-isptar biż-żagħżugħ midrub li kien mimli dmija li ndarab gravi imma mhuwiex fil-periklu tal-mewt. L-aggressur li għandu 34 sena wkoll ittieħed l-isptar għall-osservazzjoni u qed ikun mgħasses mill-pulizija. L-allegat aggressur huwa magħruf mal-pulizija.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Mill-aħħar ta’ dax-xahar ser jibda l-ġbir separat tal-iskart organiku magħmul mil-fdalijiet tal-ikel li ser jibda jinġabar separat fil-borża l-bajda. Il-Ministru tal-Ambjent Jose’ Herrera qal li Gvern qed jipprovdi kontenituri apposta…

Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ddikjara li kliem li ntqal fi tweet mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jikkostitwixxi prima facie ksur ta’ privileġġ fil-konfront tal-Ministru Chris Cardona u talab lid-Deputat Nazzjonalista jagħmel apoloġija….

Lokali

Rappreżentanti ta’ ħames organizzazzjonijiet internazzjonali tal-midja li fl-aħħar jiem kienu f’Malta f’dik li sejħu missjoni għal-libertà tal-espressjoni, qalu li l-Gvern għandu jassigura li qed issir investigazzjoni sħiħa dwar il-qtil ta’…

Lokali

Il-Virtu Ferris qalet li għada se tħassar il-vjaġġi tagħha. Fuq Facebook, il-kumpanija qalet li kellha tħassar il-vjaġġi tagħha minħabba l-kundizzjonijiet tal-baħar u l-maltemp.

Aktar