Kronaka
Mara ta’ 74 sena tinstab mejta fil-baħar fl-Isla

Mara ta’ 74 sena residenti l-Fgura nstabet mejta dalgħodu fil-baħar.

Kienu għall-ħabta tat-8.30am meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar fi Triq it-Tarzna, fl-Isla.

Għaldaqstant, ġew infurmati l-Forzi Armati ta’ Malta li min-naħa tagħhom daħlu l-katavru l-art.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra

Dr Bernard Grech, nieda l-kampanja tiegħu għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Bit-tema Ningħaqdu, nirnexxu, u niġġeddu, Dr Grech qal li jrid jara Partit Nazzjonalista magħqud u sħiħ, għalkemm imsejjes fuq il-ħiliet…

Il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ diliġenza dwar Adrian Delia u Bernard Grech juri li ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni mhumiex idonji għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President…

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, qal li fil-Budget tas-sena d-dieħla il-Gvern ser ikompli jgħin lill-familji, pensjonanti u negozji minkejja li jinsab f’morsa finanzjarja kawża tal-pandemija. Fost il-miżuri li ser ikunu parti…

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia nieda l-kampanja tiegħu għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit. Bit-tema tkun Għaqda b’Lealtà, Dr Adrian Delia qal li ma jistax ikun hemm għaqda veru bla lealtà. Dwar…

Aktar