Barranin
Tinstab tilqima kontra l-malarja għat-tfal

Wara aktar minn seklu ta’ provi, id-dinja issa għandha tilqima li ġiet ippruvata li hi effettiva kontra l-malarja – li għal sekli sħaħ qatlet trabi u tfal żgħar.

Wara s-suċċess tal-proġett pilota ta’ programmi ta’ tilqim fil-Ghana, fil-Kenja u fil-Malawi, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li t-tilqima se titqassam fl-Afrika u f’reġjuni oħra fejn hemm trażmissjoni moderata jew għolja tal-malarja.

Id-Direttur Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, Tedros Adhanom Ghebreyesus, qal li dan huwa mument storiku.

It-tilqima kontra l-malarja għat-tfal kien ilha mistennija u hija mezz effettiv biex tiġi kkontrollata l-marda u ssalva għexieren ta’ eluf ta’ ħajjiet kull sena.