Barranin
Tinstab verżjoni ġdida tal-influwenza fiċ-Ċina

Ix-xjentisti sabu verżjoni ġdida tal-influwenza fiċ-Ċina li qalu, għandha wkoll il-potenzjal li ssir pandemija.

Il-marda ftit li xejn ilha li ħarġet fil-beraħ u tinġarr mill-ħnieżer, li jistgħu jinfettaw lill-bniedem.

Ix-xjentisti jinsabu inkwetati li jerġa’ jiġri bħalma ġara bil-Covid-19, fejn il-marda tispiċċa tevolvi fi żmien qasir u tinfirex malajr sakemm twassal għal pandemija.

Billi għadha marda ġdida, in-nies ikollhom ftit jekk mhux l-ebda immunità għall-virus u għalhekk ix-xjentisti qegħdin isegwuha mill-qrib.

Hekk kif daħlu f’aktar dettall fil-Proceedings of the National Academy of Sciences ix-xjentisti taw il-pariri tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ miżuri u kontrolli fuq il-ħnieżer u l-industrija li tipproduċi laħamhom, biex kemm jista’ jkun tipprevenji t-tixrid ta’ dan il-marda ġdida.

Il-virus li qed jiġi msejjaħ G4 EA H1N1,  jista’ jkattar fiċ-ċelloli tal-bniedem partikolarment fil-pulmun.