Barranin
F’Minneapolis tinħaraq l-għassa tal-pulizija waqt il-protesti

Il-qtil ta’ raġel iswed minn pulizija abjad qanqal protesti vjolenti f’Minneapolis fl-Istati Uniti u wara tlitt ijiem ta’ protesti matul il-lejl li għadda ngħatat in-nar l-għassa tal-pulizija f’din il-belt.

Il-protesti bdew, wara li nhar it-Tnejn, pulizija abjad żamm raġel iswed li ma kienx armat mal-art b’irkupptejh fuq għonqu għal diversi minuti. Filmati miġbuda minn nies li nżertaw fil-post juru lil George Floyd jokrob bil-ħniena biex jieħu n-nifs. L-erba’ pulizija involuti fl-inċident tkeċċew mill-pulizija iżda l-mewt iktar tard fl-isptar ta’ Floyd xegħlet fjamma ta’ protesti li komplew mingħajr waqfien. Is-Sindku ta’ Minneapolis qal lis-sitwazzjoni hija inaċċettabbli.

Il-protesti qanqlu battibekk bejn il-President Donald Trump u s-Sindku Frey għax Trump qal li l-awtoritajiet lokali tilfu l-kontroll tas-sitwazzjoni. Trump qal li tkellem mal-Gvernatur Tim Walz waqt li kkritika lis-Sindku ta’ Minneapolis Jacob Frey, għax qal li huwa dgħajjef fit-tmexxija.

Is-Sindku Jocob Frey ammetta li dan huwa żmien diffiċli iżda sostna lis-sitwazzjoni ser tinġieb taħt kontroll.

Filwaqt li l-protesti ħarbtu l-ħajja ta’ Minneapolis, il-qraba ta’ George Floyd qed jinsistu li l-erba’ pulizija għandhom jitressqu quddiem il-ġustizzja. Protesti oħra tħeġġu wkoll f’Chicago, Los Angeles u Memphis.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

COVID-19

L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f’akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f’disa’ torrijiet għoljin, se…

Barranin

Sittax-il persuna hu maħsub li mietu u disa’ oħra huma rrappurtati nieqsa wara xita qalila fil-gżira Ġappuniża ta’ Kyushu, li kkawżat għargħar u valangi tat-tajn. Erbatax mill-vittmi nstabu f’residenza għall-anzjani…

Aktar