Lokali
Tintemm b’wiċċ il-ġid il-ġirja wara li waqa’ reffiegħ f’Ħal Qormi

“U lil Ġesù għidtlu… itellifilix din ix-xewqa li niġi narak… u ġejt!” Dan kien kliem Manwela li għandha 86 sena u ma fallietx irxoxt wieħed. Minn ċkunitha, tistenna bil-ħerqa l-festa tal-irxoxt fil-parroċċa ta’ San Ġorġ, f’belt twelidha: Ħal Qormi.

Manwela kienet fost folla kbira li l-Ħadd filgħodu ħarġet tiċċelebra l-Irxoxt.

Akkumpanjata mid-daqq ta’ marċi ferrieħa u valzi mill-baned, l-istatwa ta’ Kristu Irxoxt intlaqgħet b’ċapċip u b’entużjażmu meta ntrefgħet mir-reffiegħa tul ir-rotta. Sakemm qrib nofsinhar wasal il-mument tant mistenni mill-folla miġbura quddiem il-Knisja.

Il-ġirja mhix mument faċli għar-reffiegħa, speċjalment meta bħal dan il-każ jibqgħu lebsin il-konfratija. Għal mument l-istatwa tilfet lil wieħed mir-reffiegħa taħt il-lasti, iżda l-ġirja ntemmet b’wiċċ il-ġid.

U bi spirtu trijonfali l-istatwa tal-irxoxt daħlet lura fil-Knisja u kulħadd inġabar għall-ikla!

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar