Lokali
Tintemm b’wiċċ il-ġid is-saga ta’ 142 passiġġier li nqabbdu fid-Danimarka

Intemmet b’wiċċ il-ġid is-saga ta’ 142 passiġġier, il-maġġoranza tagħhom tfal li nqabbdu fid-Danimarka wara li tħassret titjira chartered li waslu Malta b’titjira speċjali tal-Airmalta.

Mal-wasla tagħhom fl-ajruport fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, il-passiġġieri ntlaqgħu mil-Ministru Konrad Mizzi u l-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, il-kaptan Cliff Chetcuti.

Il-Ministru rringrazzja lill-Air Malta talli għamlet l-arranġamenti neċessarji biex organizzat din it-titjira mill-ajruport ta’ Aalborg, li ma għandux konnetività ma’ Malta. Il-kaptan Cliff Chetcuti qal li l-Air Malta operat din it-titjira bħala parti mir-responsabilità soċjali tal-kumpanija, u qal li huwa ta’ unur għall-Air Malta li tkun ta’ servizz għall-poplu Malti.

Wieħed miIl-coaches tat-timijiet li kienu d-Danimarka qal l-Air Malta solviet uġigħ ta’ ras kbira kemm għall-organizatturi kif ukoll għall-ġenituri li nqabbdu lampa stampa f’parti mbegħda fid-Danimarka.

Kelliem għall-Ministeru tat-Turiżmu qal li l-Air Malta ser tibgħat il-kont tat-titjira lil kumpanija VLM, li kellha r-responsabbiltà topera mill-operat it-titjira oriġinali li tħassret.