Politika
ARA: MEPs jitkellmu mal-midja wara laqgħa mal-PM f’Kastilja

Delegazzjoni Ewro-Parlamentari qed ikollha laqgħat mal-ogħla awtoritajiet dwar l-aħħar żviluppi fl-investigazzjonijiet tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Id-delegazzjoni, mibgħuta mill-Parlament Ewropew, hija magħmula minn seba’ Ewro-Parlamanteri, fosthom id-deputat Maltija, Roberta Metsola. Dalgħodu huma ltaqgħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat fil-berġa ta’ Kastilja u mal-Ministru tal-Ġustizzja u iktar tard mal-President ta’ Malta u mal-Avukat Ġenerali.

Iktar tard id-delegazzjoni Ewro-Parlamentari kellha tiltaqa’ mal-Kummissarju tal-Pulizija, l-Ispeaker u mal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Intant, il-Parlament kompla jiltaqa’ b’diversi deputati tal-gvern jitkellmu dwar l-impenn tal-Gvern biex jissolva l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. L-Ispeaker qal li bi qbil, il-pubbliku mhux jitħallas jidħol fl-‘istrangers gallery.’ Is-seduti jistgħu jiġu segwiti permezz tat-televiżjoni tal-Parlament.

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista mhix tieħu sehem fid-diskussjoni wara li l-bieraħ ħarġet ‘il barra mis-seduta u qalet li mhix ser tieħu sehem f’attivitajiet fejn ikun hemm il-Prim Ministru, li qed tqisu bħala illeġittimu wara l-aħħar żviluppi b’rabta mal-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-Oppożizzjoni qed tkompli tinsisti li l-Prim Ministru jirreżenja issa u mhux ix-xahar id-dieħel.

Ara l-kummenti kollha hawn:

Ara wkoll:

Roberta Metsola tgħid li l-PM stqarr magħha li jħossu tradut

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Għaqda Repubblika fi stqarrija qalet li hija sorpriża li l-inkjesta li saret fuq talba tagħha dwar l-mewt ta’ 12-il immigrant ġiet konluża f’xahar. L-inkjesta li tmexxiet mill-Maġistrat Joe Mifsud kellha…

Edukazzjoni

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, l-MCAST sellef 83 tagħmir elettroniku li jinkludi kompjuters, laptops u tablets lil studenti sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fit-tagħlim onlajn minn djarhom. Bl-għeluq tal-istituzzjonijiet edukattivi…

Lokali

Mill-istatistika reġjonali ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika rriżulta li sal-2018 f’Malta, Għawdex u Kemmuna kienu jgħixu ftit inqas min-nofs miljun persuna. L-istatistika reġjonali ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li fl-2018 f’Malta,…

Ambjent

Il-BirdLife Malta bdiet proġett ta’ riċerka dwar il-passa tal-gamiem. Qalet li fir-rebbiegħa li għaddiet permezz ta’ ċippa li tpoġġiet fuq tliet gamiem saret taf li tnejn minnhom waslu lura fl-Ewropa…

Aktar