Qorti
Tinżamm arrestata wara li ħebbet għal 3 Pulizija

Mara mill-Gambja li kienet qed toqgħod Ħal Qormi ġiet akkużata quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia li ħebbet għal tliet membri tal-korp tal-pulizija li lbieraħ kienu qed jagħmlu spezzjoni ta’ rutina għall-immigranti illegali.

It-tfajla Isatou Bobb li għandha permess ta’ residenza Taljana ġiet akkużata li rrifjutat li tagħti d-dettalji personali tagħha lill-pulizija, li kienet aggressiva u li ma obdietx l-ordnijiet tal-pulizija.

Fl-argument li kellha mal-pulizija, hija spiċċat gidmet u girfet pulizija. Hija qed tiċħad l-akkużi kontriha. Hija nżammet arrestata.

Ara wkoll:

Pulizija jgħidu li ġew attakkati u migduma waqt spezzjoni