Qorti
Tinżamm arrestata wara li serqet mill-McDonald’s ta’ Birkirkara

Claire Polidano ta’ 43 sena bla indirizz fiss tressqet il-Qorti akkużata bil-hold up tal-Ħadd li għadda fil-McDonald’s ta’ Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-12.15am.

Hija kienet akkużata li waqt dan il-holdup issekwestrat mill-inqas 3 persuni fil-ħanut u li fit-2 ta’ Ottubru ppruvat tagħmel hold up ieħor f’ banka tal-lottu fi Triq ix-Xatt f’ Tal-Pieta fit-7.45pm. Hija kienet akkużata wkoll li ssekwestrat 2 persuni li kienu fil-banka.

Fil-Qorti Claire Polidano qalet li ma taħdimx u wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha. Hija ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit, Elton Taliana u Fabien Fleri.

L-Avukat Martin Fenech deher għal Polidano u talab divjett fuq l-isem iżda l-Qorti ma laqgħetx it-talba.

Ara wkoll:

Tidħol tisraq f’ħanut b’idejha mgeżwra f’xugaman

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar