Lokali
Tinżamm temporanjament arrestata fil-Qorti wara li ma riditx issemmi lil Keith Schembri u lil Adrian Hillman b’isimhom

Rapreżentanta mill-FIAU inżammet temporanjament arrestata fil-Qorti wara li ma riditx issemmi b’isimhom lil Keith Schembri u lil Adrian Hillman waqt li kienet qed tixhed fil-Qorti. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qaltilha li ma tistax tagħżel dwar xiex tixhed filwaqt li ordnat marixxall tal-Qorti sabiex jarrestaha fuq disprezz tal-Qorti.

Ix-xhud issejħet biex tixhed fil-każ kontra d-diretturi ta’ Zenith Finance Matthew Pace u Lorraine Falzon li qed jaffaċċjaw akkużi ta’ ħasil ta’ flus relatati ma’ investigazzjonijiet dwar l-eks chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri. Ix-xhud tħalliet tidħol lura fl-awla wara li l-avukati tal-prosekuzzjoni u dawk tad-difiża qablu li għandha ssemmi l-ismijiet taż-żewġ persuni fil-magħluq. Iżda, qabel l-avukat difensur kien laħaq semmihom hu.