Lokali
AĠĠORNAT: Kumpanija tal-blockchain ġdida interessata li tikseb liċenzja f’Malta

Gate.io twaqqfet fl-2013 u topera fil-qasam tal-iskambju tal-muniti virtwali magħrufa bħala cryptocurrencies. B’uffiċċji f’Malta, fiċ-Ċina, fil-Korea, f’Singapore u fil-Kanada, il-kumpanija tagħmel skambji f’aktar minn 200 muniti virtwali. Sal-aħħar tas-sena, il-kumpanija mistenni jkollha mat-tliet miljun klijent li jużaw il-pjattaforma tagħha.

L-uffiċjal tal-kumpanija, Marie Tatibouet qalet li x-xahar id-dieħel ser ivarja blockchain pubblika ġdida, Gatechain.

“We have a standard account, a standard wallet, just like all other blockchains do, but we’ve also created a vault account, a vault wallet. And in this way you’re going to be able to revoke transactions.”

Spjegat li normalment, blockchains ma jirrevokawx transazzjonijiet għaliex il-klijenti jridu jassiguraw li l-fondi li qed jibagħtu lil xulxin jaslu u ma jiġux revokati. Iżda fil-passat ġieli kien hemm min iħħekja sistema u l-klijenti spiċċaw tilfu flushom u għalhekk din is-sistema ġdida se tagħti l-opportunità lill-klijenti sabiex jirkupraw flushom.

“If hackers come in and steal your funds or if you forget your private key because you’re a little forgetful, you’re going to be able to recover these funds and this is a huge solution for the industry.”

Il-kumpanija Gate.io qed tikkunsidra li tikseb liċenzja f’Malta skont il-liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali.

“We are definitely considering it as one of our top choices for the licence and applying to do that. I think once all of the licensing comes through in Malta, I think the whole world is looking at Malta and wants to see like what the next move is going to be

Fl-aħħar ġimgħat, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ħabbret li rċeviet applikazzjonijiet għal liċenzja mingħand 34 VFA Service Providers prospettivi li 21 minnhom joperaw fl-iskambju tal-muniti virtwali.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-Mużew tal-Katidral tal-Imdina qed jiċċelebra il-ħamsin sena mindu infetaħ b’wirja ta’ kurċifissi minn epoki ta’ arti differenti. 30 kurċifiss magħmula minn materjali differenti u li inħadmu f’medda ta’ madwar 700…

Lokali

Is-central strip ta’ Triq Sant’ Anna, fil-Floriana, ħadet tqarwiża ġmielha wara inċident b’karozza tal-linja kmieni dalgħodu. Għadd ta’ siġar tal-palm tqaċċtu għal kollox, wara li xufier ta’ xarabank tal-MPT għal…

Kronaka

Raġel ta’ 36 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ filgħaxija ħabat bil-mutur f’Birkirkara. L-inċident seħħ fi Triq Notabile għall-ħabta tas-6.00pm. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn irriżultalhom li raġel…

Aktar