Kurżitajiet
Tippoża għar-ritratti tal-gradwazzjoni ma’ alligatur kbir

Studenta f’Texas li se tiggradwa fix-xjenzi tal-annimali selvaġġi u s-sajd iddeċidiet li tieħu ritratti tal-gradwazzjoni b’differenza, fejn għażlet li tippoża ma’ alligatur ta’ 4 metri.

Mackenzie Noland kienet qed titħarreġ bħala parti mill-istudji tagħha f’ċentru ta’ salvataġġ tal-annimali, li jilqa’ mal-450 alligatur, kukkudrilli, u rettili oħra.

Dan l-alligatur enormi, imlaqqam Big Tex, spiċċa f’dan iċ-ċentru wara li beda joħloq problemi għad-dgħajjes minħabba l-kobor esaġerat tiegħu.

Noland qalet li tinżel fl-ilma biex titma lil Big Tex kuljum, u li dan anki jirrispondi għal ismu. Tgħid li Big Tex huwa prova li dawn ir-rettili kapaċi jkunu mħarrġa, u mhumiex kollha mostri li jattakkaw lin-nies.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Il-kobba Brexit kompliet titħabbel għall-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May li spiċċat kellha tipposponi l-vot t’għada dwar il-ftehim għal Brexit, bit-tama li terġa tinnegozja mal-Unjoni Ewropea. Theresa May qalet “it…

Barranin

Fir-Russja, Mikhail Popkov, wieħed mill-agħar serial killers Russi, weħel għomru l-ħabs talli Qorti fil-belt Siberjana ta’ Irkutsk sabitu ħati li qatel 56 persuna bejn l-1992 u l-2007. Popkov diġà jinsab…

Barranin

Imut fl-età ta’ 12-il sena, il-kangarù Roger, li sar famuż minħabba l-fiżika kemmxejn stramba li kellu.  Is-sid tas-santwarju tal-kangarus fl-Awstralja, Chris Barnes ħabbar il-mewt ta’ Roger fuq Facebook. Roger li…

Kurżitajiet

L-isbaħ tfajla fid-dinja hija Vanessa Ponce.  Hija Messikana u għandha 26 sena.  Din hija l-ewwel darba li tfajla mill-Messiku rebħet dan it-titlu prestiġġjuż. Iggradwata fil-kummerċ internazzjonali u tagħmel xogħol ta’…

Aktar