Lokali
Tipproponi li jitnaqqsu r-restrizzjonijiet biex jirritornaw it-turisti fl-Ewropa

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li jitnaqqsu r-restrizzjonijiet għal vjaġġar mhux essenzjali lejn l-Unjoni Ewropea. Bil-ħsieb li t-turiżmu jerġa’ jibda jirranka, ġie propost li persuna titħalla tivjaġġa lejn l-Ewropa wara li jgħaddu ġimagħtejn minn meta tkun irċeviet l-aħħar doża ta’ tilqima approvata mill-Unjoni Ewropea. Fl-istess waqt, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet b’mekkaniżmu li qed isejjaħ ‘brejk ta’ emerġenza’ li għandu jindirizza l-varjanti l-ġodda.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi lill-istati membri tal-Unjoni Ewropea biex itaffu r-restrizzjonijiet ħalli jippermettu t-turiżmu lejn l-Unjoni Ewropea. Qalet li dan qed isir fid-dawl tal-progress fil-kampanji ta’ tilqim kontra l-coronavirus madwar l-Ewropa u l-iżviluppi fis-sitwazzjoni tal-epidemija mad-dinja kollha.

Il-Kelliem għall-Kummissjoni Ewropea Adalbert Jahnz qal”one of the main changes we propose to allow entry to the EU for non-essential reasons not only for all persons coming from countries with a good epidemiological situation, but also for all people having received the last recommended dose of an EU authorized vaccine. This could be extended to vaccines having completed the WHO emergency use listing process.”

Skont din il-proposta, se jitħallew jidħlu fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea dawk li jkunu ħadu t-tilqima, tal-inqas 14-il jum qabel il-wasla tagħhom.

Proposta oħra tal-Kummissjoni Ewoprea hija li l-Kunsill ikabbar il-lista ta’ pajjiżi li minnhom jista’ jsir vjaġġar mhux essenzjali. Bħalissa dan hu permess minn 7 pajjiżi biss.

Sadanittant, il-Kummissjoni hija mħassba bil-varjanti l-ġodda u għalhekk qed titlob lill-pajjiżi biex ikunu viġilanti. F’dan l-isfond ipproponiet mekkaniżmu ġdid li qed issejjaħ “brejk ta’ emerġenza” biex jillimita r-riskju li dawn il-varjanti jidħlu fl-Ewropa.

“This will allow member states to act quickly and temporarily limit to a strict minimum all travel from affected countries for the time needed to put in place proper sanitary measures.”

Dan ifisser li f’każ ta’ tħassib dwar il-preżenza ta’ varjant f’xi pajjiżi barra l-Ewropa, il-pajjiżi fl-Unjoni se jkunu jistgħu jwaqqfu l-ivjaġġar għal dak il-pajjiż b’mod temporanju.

Dawn il-proposti issa jiġu kkunsidrati mill-Kunsill Ewropew.