Kronaka
Tirnexxi l-operazzjoni li għamel Hugo Chetcuti

Irnexxiet l-operazzjoni li għamel Hugo Chetucti.

Familjari ta’ Hugo Chetcuti fuq Facebook qalu li l-operazzjoni kienet suċċess. Ħutu u l-mara ta’ ħuh kitbu li bħalissa Hugo qed jirkupra bil-mod.

Intant, Hugo Chetcuti għadu l-isptar fil-periklu tal-mewt bil-kundizzjoni tiegħu mfissra bħala stabbli.

Chetcuti kien aggrediet lbieraħ fejn minn tal-inqas qala’ żewġ daqqiet ta’sikkina fl-istonku.

Dak il-ħin Hugo Chetcuti kien fl-istabbilment ġdid tiegħu li jinsab ftit ‘l isfel mill-kumpless tas-cinema. F’mument minnhom daħal Serb li mar dritt fuq Chetcuti u tah daqqiet b’sikkina li kellu f’idu.

Ftit tal-ħin ilu s-Serb mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ Hugo Chetcuti nżamm arrestat.

Ara wkoll:

Hugo Chetcuti fil-periklu tal-mewt wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina

Jinżamm arrestat is-Serb akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ Hugo Chetcuti

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-regoli Ewropej ma jippermettux lil Malta biex tagħmel kontrolli estensivi fil-fruntiera. Huwa rrikonoxxa l-kompetizzjoni inġusta li qed jesperjenzaw in-negozji ż-żgħar minħabba kuntrabandu li jidħol…

Immigrazzjoni

Il-vapur Ocean Viking, operat mill-għaqdiet mhux governattivi SOS Medieranee u Medecins Sans Frontieres, salva 36 immigrant ieħor minn fuq dgħajsa tal-injam li kienet f’diffikultà fl-ibħra Maltin. Kelliema għall-Forzi Armati qalet…

Qorti

Immigrant żagħżugħ ta’ 16-il sena li gidem uffiċjal tad-detenzjoni hekk kif prova jaħrab miċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi jumejn ilu baqa’ miżmum arrestat. Iż-żagħżugħ irnexxielu jiddendel mal-fence taċ-ċentru tad-detenzjoni u…

Kostruzzjoni

Il-President tal-għaqda tal-iżvilupatturi Sandro Chetcuti ikkundana mingħajr tlaqliq ir-rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni f’ambjent naturali u fil-wied tal-Imġarr. Huwa qal li l-MDA għandha ħjiel ta’ minn rema l-iskart tal-kostruzzjoni f’wied fl-Imġarr…

Aktar