COVID-19
Tirrakkonta kif daħlet l-isptar b’uġigħ fi spallitha u saret taf li kellha l-COVID-19

Daħlet l-Isptar mingħajr ebda sintomi u saret taf li għandha l-virus. Anne Cachia rrakontat ma’ Television Malta l-buraxxka li għaddiet minnha waqt li tat messaġġ ta’ kuraġġ lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor sfaw milquta mill-pandemija.

Xahar ilu Ann Cachia għalqet 67 sena proprju meta kienet fl-ITU tirkupra mill-Coronavirus. Ma’ Television Malta rrakontat li ma kellha l-ebda sintomi u ġiet ittestjata għall-virus meta daħlet l-Isptar b’uġigħ fl-ispallejn.

“Ġew jiġru t-tobba kont fl-ITU u qaluli. Ħassejt xokk kbir, ma kontx qed nistennieha assolutament.”

Qalet li qattgħet sitt ijiem l-Isptar u wara ġimagħtejn ġol-kamra waħedha bl-unika kuntatt tagħha jkun ir-raġel li beda jħallilha l-ikel wara l-bieb. Bi tbissima rrakontat l-aħbar meta hi flimkien mar-raġel marru jagħmlu t-test biex jikkonfermaw l-irkupru.

“Wara ġimagħtejn morna nieħdu test ġewwa flimkien.  U kif fraħna, immaġina toqgħod ġimagħtejn magħluqa fil-kamra tas-sodda.”

Issa li għelbet il-virus Anne għaddiet messaġġ ta’ kuraġġ lil dawk kollha li jinsabu milquta b’xi mod jew ieħor mill-Covid-19.

“Jiena ngħid lil dan in-nies jagħmlu kuraġġ. L-isptar, il-kura kienet tajba, jimmonitorjawni kontinwament, qegħdin f’idejn tajba.”

Kompliet tgħid li m’għandhiex dubju li huma ħafna dawk li qed jiddedikaw it-talb tagħhom għall-persuni affetwati bil-Covid-19 waqt li wiegħdet li se tkun qed tagħmel l-istess.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar