Lokali
Tirrakkonta kif għamlulha ċirkonċiżjoni f’dar maħmuġa meta kellha 5 snin

Diversi organizzazzjonijiet tan-nisa ngħaqdu biex isaħħu l-vuċi tal-mara fis-soċjetà. L-inizjattiva tħabbret fil-jum dedikat lil bniet u li fih il-President Marie Louise Coleiro Preca ħeġġet biex in-nisa jingħataw widen u d-drittijiet tagħhom ma jibqgħux imkasbra.

Twaqqfet entità li se tgħaqqad 17-il organizzazzjoni tan-nisa biex jaħdmu flimkien favur l-ugwaljanza.

Lorraine Spiteri, li tmexxi l-konfederazzjoni Maltija tal-għaqdiet tan-nisa, qalet li huwa att simboliku li l-entità, emPOWer twaqqfet fil-jum internazzjonali ddedikat lill-bniet. Hija qalet li dil-għaqda għandha tkun strumentali biex jirsistu għad-drittijiet tal-mara.

“Aħna nixtiequ wkoll li naħdmu ma’ rġiel validi li jafu jkunu l-aħjar ambaxxaturi għal dan il-għan,” qalet Spiteri.

Il-President Marie Louise Coleiro Preca qalet li Malta trid tkun determinata biex sal-2030, tikseb l-ugwaljanza u tkun soċjetà inklussiva. Qalet li dan jinkiseb mhux biss fuq livell leġiżlattiv iżda wkoll b’mentalità u attitudnijiet pożittivi.

TVM staqsa lil Jennifer Polidano li tmexxi network għal mexxejja żgħażagħ għaliex ma jattendux l-irġiel f’attivitajiet li jikkonċernaw l-ugwaljanza bejn is-sessi. “Biex ikollok parteċipazzjoni indaqs għandek bżonn l-għajnuna tal-irġiel… mingħajr irġiel , in-nisa qatt ma jistgħu jkunu indaqs daqs l-irġiel.”

L-attività kienet indirizzata mill-politikanta Belġjana Assista Kanko, li hija ambaxxatriċi tal-Girl2Leader. Hija rrakkontat kif fi tfulitha kellha l-ħolm tagħha ttrasformat fi stejjer tal-orrur minħabba li nzertat tifla f’soċjetà patrijarka u ddominata minn mentalitajiet sessisti fil-Burkina Faso, l-Afrika.

Hija qalet li għaddiet minn esperjenza ta’ ċirkonċiżjoni f’dar abbundunata u maħmuġa meta kellha ħames snin, u li kien biss missierha li inkoraġġiha biex ma’ taqtax qalba. Assita qalet li b’determinazzjoni rnexxielha twettaq il-ħolm tagħha u llum tikkampanja biex in-nisa, tfajliet u bniet ma jgħaddux mill-martirju tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Riċerka ppubblikata fl-aħħar jiem tixħet dawl dwar l-ewwel attentati għas-separazzjoni tal-poteri bejn Stat u Knisja f’Malta. Kien Nicolo’ Muscat – figura prominenti fl-amministrazzjoni tal-Ordni tal-Kavallieri – li f’nofs is-seklu 18…

Lokali

Ġimgħa wara d-delitt ta’ omm żagħżugħa f’Raħal Ġdid li allegatament inqatlet mis-sieħeb tagħha, bosta għaqdiet speċjalment tan-nisa komplew jitkellmu b’diversi stqarrijiet dwar dan il-femiċidju u l-problema tal-vjolenza domestika. Mill-banda l-oħra…

Annimali

L-Assoċjazzjoni Exotic Finch Malta qed tagħti opportunità oħra lill-pubblika japprezza l-ġmiel ta’ 500 għasfur li minkejja li l-oriġini tagħhom hija barranija tfaqqsu f’Malta wara ħafna studju u esperementazzjoni. Il-wirja li…

Lokali

Il-Malta National Electromobility Platform fi ħdan Transport Malta qed tikkordina diversi inizjattivi u attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Ewropea Tal-Mobbiltà. It-tema għal din is-sena hija “Multimodality – Mix and Move”. Din it-tema…

Aktar