Lokali
Tirrakkonta kif sfat stuprata wara li missierha tar-rispett partatha biex feda d-dejn

Niġerjana li ilha Malta tmien snin tistqarr li meta welldet lil bintha fl-Isptar Mater Dei talbet li lit-tarbija ssirilha ċ-ċirkonċiżjoni. Iżda llum taħsibha xort’oħra.

F’intervista li se tixxandar għada fil-programm Rasimbras, Faith Jezz Mohammed tirrakkonta kif qattgħet parti kbira minn ħajjitha taħrab hekk kif missierha tar-rispett feda dejn li kellu billi partatha. Sfat stupratha fid-dar il-ġdida tagħha u saret omm. Ħarbet lejn il-Libja u kienet sfurzata tidħol f’ċirku ta’ prostituzzjoni. Spiċċat il-ħabs minn fejn ħarbet fl-eqqel tar-rivoluzzjoni kontra Gaddafi.

“My step dad took a piece of land to make farming, he couldn’t pay back. then what he did was to give me as payment.”

Kienet għadha tifla ta’ 15-il sena meta missierha putattiv ħallas djun li kellu billi taha lil raġel ta’ madwar 65 sena. Faith Jezz Mohammed – tifla nisranija min-nofsinhar tan-Niġerja stqarret li f’pajjiżna rat it-tbatija sa minn ċkunitha.

“It was hell because I was not agreeing to his demand. He really made life very not comfortable for me. His demands were sex, which I disagreed with him. And then his first son came in. He used him and in that home I got pregnant and I had a daughter.”

Ħarbet mid-dar u marret f’parti oħra tan-Niġerja iżda dejjem b’imsarinha f’saqajha li se tinqabad u tittieħed lura. Sakemm fl-aħħar ġieha ċ-ċans li taħrab minn art twelidha għax wegħduha impjieg fl-industrija tas-sbuħija.

“There is somebody who came from Libya, he needs 15 females to take to Libya.”

Il-wegħda ta’ impjieg kienet fażula għaliex Faith malajr indunat li spiċċat f’ċirku ta’ prostituzzjoni ta’ nisa Niġerjani fil-Libja.”His terms were we have to go into prostitution to which I disagreed. I ran away again. I ran away from Nigeria, Libya, the running continues.”

Malajr jinkixfu wkoll ir-rabtiet bejn it-traffikanti tal-bnedmin u l-pulizija Libjana ta’ żmien Gaddafi.

“He came with his thugs, picked me up again, took me back. When I tried to run away again, he used the police, Libyan police after me and I was in prison for a long long time”.

Faith u dawk li kienu magħha fil-ħabs ħadu ċ-ċans li jaħarbu fl-eqqel tar-rivoluzzjoni kontra Gaddafi – f’Marzu tal-2011. Flimkien ma’ 380 ruħ oħra żgiċċat lejn l-Ewropa fuq l-ewwel dgħajsa li sabu. Kienu salvati bejn sema u ilma mill-Forzi Armati wara tlitt’ijiem fuq il-baħar.

Fl-intervista waqt Rasimbras Faith twieġeb ukoll dwar il-prattika taċ-ċirkonċiżjoni sfurzata fuq il-bniet, prattika li f’Malta ilha llegali ħames snin iżda li huwa kkalkulat li madwar id-dinja hawn mal-200 miljun mara li għaddew minnha. Magħruf bħala Female Genital Mutilation, l-intervent għadu pprattikat b’metodi tradizzjonali anki f’komunitajiet ta’ immigranti li jinsabu fl-Ewropa.

Faith tistqarr li anki hi ,għal bintha li twieldet Malta, xtaqet iċ-ċirkonċiżjoni. “They said I’m having a baby girl, and I said can you register for circumcision. Everyone is telling me… we do not do that in Malta and I was insisting that I want to circumcise my girl”.

Iżda llum bidlet fehimtha. “Now I can tell you it is not wise, advisable, because the moment you circumcise a female child, you have taken the fun out of her life.”

Rasimbras jixxandar għada fis-7pm.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar