Lokali
Tirringrazzja lir-Rabtin li laqgħu lil familtha wara li tilfu darhom

Janet Walker pubblikament irringrazzjat lill-komunità Rabtija wara li laqgħu lilha u lil familtha bi ħġarhom fil-lokalità.

Walker qalet li familtha ġew rilokati f’residenza fir-Rabat sakemm jerġgħu jkunu jistgħu jirritornaw lura f’Gwardamangia, wara li ġġarfet il-binja li fiha kienu jgħixu minħabba xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.

Hija qalet li sabet sostenn, kuraġġ u għajnuna kbira min-nies tal-lokalità kif ukoll minn diversi persuni oħra li ma waqfux jikkuntattjawha minkejja li ma tafhomx minn Adam.

Walker qalet ukoll li dan ma setax ikun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-Kap tal-Housing Authority, Leonid McKay, li ħadem kontinwament ma’ familtha biex sabilhom residenza alternattiva u adattata għall-bżonnijiet tagħhom. L-Awtorità se tkun qed tħallas sid il-kera liema kont eventwalment se jitpoġġa fuq il-kuntrattur.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Il-binja mġarrfa fil-Pietà laqtet il-ħajja ta’ 18-il persuna