Lokali
Tirritorna l-Valletta Pageant of the Seas ġewwa l-Port il-Kbir

Il-Pageant of the Seas għalkemm din is-sena ser isir ftit aktar tard mis-soltu, ser joffri spettaklu ferm akbar. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ppjanat elementi ta’ sorpriża u innovazzjonijiet fi tliet sigħat u nofs ta’ spettakklu.

L-ikbar spettakklu tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Kapitali, il-Valletta Pageant of the Seas din is-sena ser isir fis-16 ta’ Awwissu u ser tixxandar dirett fuq Television Malta. Iċ-Chairman tal-Aġenzija Jason Micallef qal li minħabba l-imxija tal-Covid-19 ġie deċiż li Valletta Pegeant of the Seas ssir bħala produzzjoni televisiva.

“Naturalment jekk l-affarijiet ikomplu jinbidlu l-poplu jkun jista’ jiġi jara xorta waħda mix-xatt tal-belt u mill-Kottonera dan l-ikbar spettakklu kulturali li ser ikun qed jittella’ f’pajjiżna għal din is-sena”.

Il-Pageant of the Seas li tittella’ fil-Port il-Kbir li jsir kull sentejn kellha ssir fis-7 ta’ Ġunju iżda kienet posposta minħabba l-pandemija. Din is-sitwazzjoni ttieħdet bħala opportunità mit-tim tal-produzzjoni biex l-ispettakklu joffri innovazzjonijiet u biex jiddaħħlu fih elementi ta’ sorpriża. L-ispettakklu ta’ 3 sigħat u nofs jilħaq il-qofol tiegħu b’manifestazzjoni ta’ logħob tan-nar.

“Numru ta’ attivitajiet li qed jaqdu fi prestazzjoni waħda mfassla mid-direttur artistiku Chris Baldwin, hemm il-parteċipazzjoni tat-tellieq telliqun li hija tiġrija ta’ opri tal-baħar magħmula min-nies migħajr ebda esperjenza fejn qed jużaw il-kreattività tagħhom biex joħolqu xi ħaġa li tifflowtja imma li tkun kapaċi tirbaħ tiġrija kontra l-parteċipanti l-oħra. Hemm qed nippremjaw il-kreattività.”

Il-Ministru tal-Kultura Hose Herrea qal li l-kultura hija mezz ewlieni kif il-ħajja ekonomika u soċjali tittreġġa lura għan-normal. Qal li fl-aħħar snin sar investment ta’ miljuni fil-Belt iżda fl-aħħar tliet xhur dan ħa daqqa ta’ ħarta kbira. Spjega li l-Aġenzija Kulturali hija determinata li tagħti spinta ġdida biex il-ħajja ekonomika, soċjali u kulturali fil-Belt tqum fuq saqajha.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq…

COVID-19

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, qed jippubblika l-COVID-19 Transition Guidelines għall-produzzjonijiet artistiċi li se jiġu organizzati f’teatri pubbliċi u privati, kemm fuq ġewwa u…

Kronaka

Mara mill-Italja ta’ 25 sena residenti n-Naxxar, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq Sant’ Andrija, fis-Swieqi. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta…

Saħħa

Fil-preżent f’Malta hawn madwar 220 pazjent b’mard fil-kliewi u li jieħdu trattament ta’ haemodialysis b’mod regolari mill-Isptar Mater Dei. Biex il-magni tal-haemodialysis ikunu jistgħu jaħdmu jkollhom bżonn ilma purifikat. Għal dan l-għan fir-Renal…

Aktar