Tirriżenja l-Ministru tat-Trasport Belġjan fuq nuqqasijiet fis-sigurtà fl-ajruporti

Il-Ministru tat-Trasport Belġjan irriżenja minħabba akkużi li njorat nuqqasijiet li kien hemm fl-ajruport ta’ Brussell qabel l-attakki tat-22 ta’ Marzu.

Il-partiti fl-Oppożizzjoni kienu qed jitolbu r-riżenja ta’ Jacqueline Galant.

Huma ħarġu nformazzjoni minn dokument tal-Unjoni Ewropea tal-2015 li kkritika l-miżuri ta’ sigurtà fl-ajruporti tal-Belġju.

Fl-attakki fl-ajruport Zavantem u fi stazzjon tal-metro fi Brussell mill-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku, inqatlu 32 persuna.