Barranin
Tisħon il-qiegħa f’Ġerusalemm: Ġlied bejn l-iżraeljani u l-palestinjani

Għat-tieni lejl infila kien hemm ġlied qawwi bejn l-pulizija Iżraeljana u ġemgħa Palestinjani f’Ġerusalemm.

Dimostranti tefgħu ġebel lejn il-pulizija u qabbdu nirien fid-daħla tal-parti l-antika tal-belt qrib ix-xatba ta’ Damascus.

Uffiċjali tal-pulizija Iżraeljani sparaw il-kanuni tal-ilma u stun grenades lejhom.

Uffiċjali mediċi palestinjani qalu li mill-inqas disgħin palestinjan indarbu fil-ġlied filwaqt li l-pulizija Iżraeljana qalet li mill-inqas uffiċjal wieħed tal-pulizija indarab. L-Iżraeljani akkużaw lill-palestinjani li sparaw rocket lejn terrirorju Iżraeljan mill-medda ta’ Gaża li tinsab taħt il-kontroll tal-Ħamas.

Il-ġlied faqqa wara jiem ta’ inċertezza minħabba l-evakwazzjonijiet tal-palestinjani minn art li l-Lhud qed jgħidu li huma territorju tagħhom.

In-negozjanti internazzjonali ewlenin għall-Lvant Nofsani, Il-kwartett speċjalizzat magħmul mill-istati Uniti, l-Unjoni Ewropea, ir-Russja u n-Nazzjonijiet Magħuda esprimew tħassib dwar il-vjolenza.

Il-ġlied huwa ċċentrat qrib il-moskea ta’ Al-Aqsa waħda mill-iżjed siti imqaddsa għall-musulmani iżda iż-żona tinsab ukoll qrib it-tempju ta’ Mount, li hija wkoll waħda mill-iżjed siti mqaddsa għall-Lhud.