Kurżitajiet
Tiskopri tumur f’sidirha waqt li kienet qed tiddeverti

Bal Gill, mara ta’ 41 sena ntebħet li kellha tumur f’sidirha waqt li kienet qed tiddeverti fuq btala f’Edinburgh.

Gill kienet qed tipprova camera li taħdem bis-sħana li jarmi l-bniedem, fil-Camera Obscura meta rat xi ħaġa li ma tantx daqqitilha.

Hija ntebħet b’dan kollu meta marret biex tixtri ritratt bħala tifkira tal-esperjenza meta rat bħal tebgħa stramba fuq sidirha.

Wara xi ftit riċerka li għamlet hi stess, ikkonvinċiet aktar ruħha li kellha tmur tara tabib li kkonfermalha li kellha bidu ta’ kanċer f’sidirha.

Għalkemm f’dan il-każ, din it-tip ta’ camera kixfet it-tumur ta’ Gill, l-esperti tar-Royal College of Radiologists qalu li ma nistgħux noqgħodu mija fil-mija fuq dan il-metodu. Huma qalu li l-aktar metodu effiċjenti li jaqbad il-kanċer fis-sider huwa test bil-mammogram.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Artiġjanat

Xtut l-arċipelagu Malti mdawra bi ġmiel ta’ baħar. Baħar, li anki jekk tħares lejh jew kemm kemm tinżel tixxarrab, jiffriskak u jagħtik is-saħħa. Lil xi wħud, iżda, il-baħar tahom u…

Kurżitajiet

Mara tqila f’Iowa, fl-Istati Uniti, marret tagħmel ultrasound għall-ewwel darba. Żewġha u binhom ċkejken baqgħu jistennewha fil-karozza, għax ma setgħux jidħlu magħha minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19. Meta l-mara ħarġet lura…

Aktar