Tispiċċa mhedded biex taċċessa l-informazzjoni tiegħek stess

L-internet huwa lussu li kważi kważi sirna ma ngħaddux mingħajru. Komdu mmens u jekk tużah b’mod għaqli jagħmlilna ħajjitna ferm aktar faċli. Minkejja dan, mhux kulma hemm onlajn huwa tajjeb. Jekk dak li jkun ma joqgħodx b’seba’ għajnejn jaf tispiċċa vittma tad-dinja virtwali daqs tazz’ilma. Fost l-attakki diġitali ewlenin, l-hekk imsejjaħ ransomware.

F’filmat maħdum minn Cyber Security Malta fi ħdan l-Aġenzija tal-Gvern għat-Teknoloġija tal-Informatika, il-MITA, ġie spjegat li r-ransomware huwa tip ta’ malware li kapaċi jieħu r-riedni tal-informazzjoni tiegħek b’tali mod li ma tkunx tista’ taċċessaha.

Fi ftit kliem, fit-tali ċirkostanza spiss jitla’ messaġġ fuq l-iscreen ta’ dak li jkun li jgħarraf lill-persuna li biex terġa’ taċċessa l-informazzjoni tagħha stess trid tħallas f’forma ta’ crypto. Cyber Security Malta saħqet li f’każijiet bħal dawn dak li jkun m’għandu qatt iħallas għax b’hekk tkun qed tgħaddi flusek lill-kriminali kif ukoll ma hemm l-ebda garanzija li se tingħata aċċess għall-informazzjoni tiegħek. Intqal, li persuna għandha tipprevedi ransomware billi:

  • Tagħmel backup tal-informazzjoni ta’ spiss u offline, bħal fuq xi hard disk esterna.
  • Toqgħod attent minn fejn tniżżel files għal fuq id-device tiegħek.
  • Tipproteġi l-komputer b’antivirus u b’firewall. Qis li dawn ikunu mixgħulin, li jkollhom liċenzji ġenwini u li jiġu aġġornati b’mod regolari.
Aħbarijiet Oħra

Il-mewt ta’ mijiet ta’ ljunfanti f’daqqa fil-Botswana iktar kmieni din is-sena qajjem tħassib għal din l-ispeċi fl-Afrika li diġà tinsab fir-riskju tal-estinsjoni. Huwa kkalkulat li bejn Mejju u Ġunju mietu…

Balena magħrufa bħala ‘humpback’ li kienet spiċċat fi xmara mimlija kukkudrilli fl-Awstralja, issa rnexxielha tmur lura fil-baħar. Il-balena ntelmħet fin-Northern Territory ġimgħa ilu, u qanqlet biża’ li se tinkalja jew…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Illum fis-18:15 fuq TVM ser ikunu qiegħed jintwera programm bil-kanzunetti li għaddew għall-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020.  F’dan il-programm ser naraw 12-il kanzunetta li ġew interpretati live quddiem…

Aktar