Kurżitajiet
Tista’ issa ma tibqax titfartas bis-saħħa tal-ġrieden

Instabet il-kura għal min qed jitfartas jew min jixtieq ma jibqax qargħi wara li f’laboratorju nħolqot biċċa ġilda bil-basla tax-xagħar b’kollox.

Ix-xjentisti użaw ċelloli staminali tal-ġrieden fejn irnexxielhom ikabbru s-saffi tal-ġilda magħrufa bħala epidermis u dermis. Dawn żviluppawhom flimkien f’proċess fejn ingħata ċans lill-basla tax-xagħar tifforma daqslikieku setgħet tifforma fuq ġurdien ħaj.

Dan l-esperiment jaf ikun ta’ użu biex jiġu ttestjati wkoll il-mediċini u prodotti filwaqt li jintnaqqas l-ittestjar fuq l-annimali.

L-iskoperta seħħet b’kumbinazzjoni wara li l-Professur Karl Koehler li oriġinarjament kien qed jesperimenta biex joħloq organojdi tal-ġewwieni ta’ widna  ntebaħ li l-esperiment kien qed jiġġenera wkoll ċelloli tal-ġilda. It-tim ta’ Koehler sfruttaw mis-sitwazzjoni fejn irnexxielhom jikkonvinċu lill-ġilda tipproduċi wkoll basla tax-xagħar.

Ir-riċerka ppubblikata f’Cell Reports tgħid li nstabet basla tax-xagħar f’pora tal-ġilda li ġiet żviluppata f’laboratorju u li tista’ saħansitra tkompli tiżviluppa fis-saffi l-oħra tal-ġilda.

Dan kollu jagħti lok biex jiġu żviluppati l-basal tax-xagħar bħalma jiżviluppa x-xagħar fuq ġurdien.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Jekk kont se tagħtas, iżżommhiex, ħallieha toħroġ għax tista’ tagħmel ħsara lilek innifsek! Ingliż ta’ 34 sena tgħallem il-lezzjoni għal ħajtu kollha meta kellu jqatta’ ġimgħatejn l-isptar minħabba li sofra…

Barranin, Kurżitajiet

Timmaġinak tgħix fl-iksaħ post fid-dinja?  Din ix-xitwa r-raħal Russu ta’ Oymyakon se jirreġistra temperatura rekord. Dan hekk kif it-termometru qed ikejjel l-iktar temperaturi kesħin li qatt ġew irreġistrati f’dan ir-raħal…

Kurżitajiet

Hemm min jgħid li l-midja soċjali tiffaċilitalu ħajtu u hemm min jgħid li sar skjav tagħha. L-aktar li tolqot huwa bla dubju liż-żgħażagħ li saħansitra jsibu ruħhom jiċċekkjaw il-midja soċjali…

Aktar