Lokali
Tista’ ssellem lill-pets tiegħek b’mod dinjituż – il-kremazzjoni f’Malta

L-Island Sanctuary Malta, wara sena ta’ laqgħat biex kisbet il-permessi neċessarji, issa se tkun qed toffri servizz ġdid li ħafna sidien tal-annimali xtaqu matul is-snin.

Kulħadd jaqbel kif l-annimali li nrabbu jsiru parti mill-familja u n-nuqqas ta’ tislima dinjituża lill-ħlejqiet li jikbru magħna minn dejjem weġgħet lil bosta.

F’Malta, għall-ewwel darba, qed jiġi offrut is-servizz ta’ kremazzjoni tal-pets. L-aġenzija mhux governattiva qed titlob li l-pubbliku jkun ġeneruż u jagħti d-donazzjonijiet tiegħu għax-xiri ta’ inċiniratur.

L-inċiniratur jiswa madwar l-€24,000.

Is-santwarju tal-annimali qed jippjana li joffri dan is-servizz lill-pubbliku b’miżata żgħira biex ikopri l-ispejjes.

Is-sidien tal-annimali jistgħu jekk iridu jżommi l-irmied tal-maħbubin annimali tagħhom.

Min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jagħti s-sehem tiegħu fuq dan il-link www.islandsanctuary.com.mt jew b’SMS bin-numri – 5061 7368 (€2.33), 5061 8082 (€4.66), 5061 8935 (€6.99).

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fi Pjazza Kastilja l-udjenza li nġemgħat setgħet issegwi projezzjoni 3D ‘Mill-Qiegħ tal-Imgħoddu għall-Quċċata tal-Ġejjieni’.  Din inħolqot mill-artist diġitali Duane Laus li f’20 minuta rnexxielu joħloq effetti viżwali ta’ ċelebrazzjoni tal-istorja…

Lokali

Fi Pjazza San Ġorġ ittellgħet wirja ta’ żfin modern minn Żfin Malta, b’koreografija ta’ Paolo Mangiola u mużika oriġinali ta’ Cyprian Cassar.  It-tema ta’ dan l-ispettaklu hija ‘Qalbna’ biż-żeffiena jinteraġixxu…

Lokali

Fi Pjazza San Ġwann il-pubbliku seta’ jitpaxxa bil-vuċijiet ta’ Amber u Glen Vella fl-ispettaklu ‘Elfejn u Tmintax’ mas-Sinfonija Korali magħmula minn iżjed minn 100 korist taħt id-direzzjoni ta’ Pamela Bezzina,…

Lokali

Dawn huma l-aħjar siltiet miċ-ċerimonja tal-ftuħ uffiċjali f’Dar il-Mediterran tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Segwi hawnhekk l-isbaħ xeni mill-ispettaklu ta’ talent lokali u barrani li qed jittella’ fl-erba’ pjazez…

Aktar