Lokali
Jinfetħu l-applikazzjonijiet għal The X Factor Malta – ir-rebbieħ se jingħata kuntratt ma’ Sony

Mil-lum infetħu l-applikazzjonijiet għal min huwa interessat jieħu sehem fl-ewwel edizzjoni ta’ The X Factor Malta.

L-applikazzjoni tista’ ssibha fuq tvm.com.mt/xfactormalta.  L-applikanti jistgħu jibagħtu vidjo qasir bil-Whatsapp fuq 77062018.  L-applikazzjonijiet jgħalqu fl-4 ta’ Lulju 2018.

Minbarra li se jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2019, ir-rebbieħ ta’ The X Factor Malta se jirrekordja diska ma’ Sony Music Italy u se jingħaqad ma’ lista ta’ artisti ta’ Sony Music li tinkludi lil Michael Jackson, Beyonce, James Arthur, Adele, Marco Mengoni, Little Mix, Harry Styles u bosta oħra.

The X Factor, li huwa format ta’ Syco Entertainment, jiġi ko-prodott u liċenzjat madwar id-dinja minn FremantleMedia Limited.

Ara wkoll:

The X Factor Malta minn Ottubru

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi sal-lejla. Ir-riħ mill-Majjistral it-Tramuntana ser ikun qawwi fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-11pm.

Lokali

F’konferenza stampa l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ħabbar li fit-tmintax ta’ Diċembru se jiġi separat l-irwol tal-Avukat Ġenerali hekk kif Dr. Victoria Buttigieg se tibda r-rwol ġdid tagħha bħala l-ewwel avukat…

Qorti

Raġel ta’ 31 sena miż-Żurrieq ġie ordnat iħallas kumpens t’iktar minn €114,000 wara li nstab responsabbli għall-mewt ta’ tifla ta’ 10 snin f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ f’Lulju tal-2010 fi Triq…

Lokali

L-Għaqda Mużikali Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa f’dawn il-jiem kellha l-privileġġ li tesebixxi ħiliet artistiċi ta’ membri tagħha f’Ruma u fil-Vatikan. Bandisti jdoqqu marċi u għanjiet tal-Milied fi Pjazza San Pietru…

Aktar