Barranin
Tista’ taqta’ l-kurżità dwar ħajjet Harry u Markle – film dwar ir-relazzjoni tagħhom

Sitt ijiem biss qabel il-Prinċep Harry u l-Attriċi Amerikana Meghan Markle jiżżewġu, il-pubbliku ser ikun jista jaf aktar mill-qrib minn xiex għaddew dawn iż-żewġ personalitajiet biex jaslu għal dan il-mument deċiżiv. In-Network Televisiv Lifetime rnexxielu jipproduċi film dwar ir-relazzjoni tal-koppja li bla dubju ser jikseb l-attenzjoni ta’ miljuni li jinteressahom jifhmu ferm aħjar x’kienu l-aktar mumenti importanti li wasslu għal dan it-tieġ irjali.

L-artista rinomata Parisa Fitz-Henley ser tinterpreta l-parti ta’ Meghan filwaqt li Murray Fraser ser jagħmel il-parti tal-Prinċep Harry. Il-produzzjoni tal-film u l-kitba tal-iscript saru fl-aħħar ġimgħat tant li anke jinkludu avvenimenti riċenti fil-ħajja tal-koppja.

Parisa Fitz-Henley qalet li “I look at her as a really great example of confidence and it was great to embody that. As I said, I learned about her educational background, I learned about the advocacy work she does in the world and continues to do. There’s so much to her that’s so interesting, so much more interesting than any crown that she’s going to wear on her head. I’ve loved the process of getting to know her as much as one can.”

Murray Fraser qal li “I think most of it is kind of from the time that they meet and it has stuff that happened in the public eye and stuff like that that goes on. 95 percent of the script is subjective. It’s all behind closed doors so I mean, they’re all conversations that might have happened, how did they go about blah blah blah, so it’s all kind of up in the air if this stuff happened or whatnot.”

Iż-żewġ atturi jixtiequ jaqtgħu l-kurżita kbira li għandhom billi jkunu jafu x’reazzjoni għamlet il-koppja rjali malli rat il-film.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Jidher li għadha kif iffurmat koppja ġdida ta’ Hollywood mill-atturi ta’ fama mondjali Brad Pitt u Charlize Theron. Skont il-media barranija, Pitt u Theron bdew joħorġu flimkien xahar ilu u…

Kurżitajiet

Jekk fil-Parlament ma jikbrux fjuri, fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali donnu hemm iktar ċans li jinbtu l-pjanti! Ritratti li nxterdu fuq il-media soċjali juru diversi siġġijiet bi xtieli u pjanti bil-fjuri dehru…

Brexit

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May illum tkompli bit-taħditiet tagħha biex tippreżenta quddiem il-Parlament Ingliż, pjani ġodda għal Brexit. F’sessjoni oħra ta’ laqgħat ma’ Deputati Konservattivi u oħrajn tal-Partit Irlandiż…

Aktar