Kurżitajiet
Tista’ tara l-irħama ta’ fuq il-qabar ta’ Snow White wara li kienet ilha mitlufa

Mużew fil-Ġermanja qal li għandu l-irħama li kien hemm fuq il-qabar ta’ Maria Sophia von Erthal, li hu maħsub li kienet l-ispirazzjoni wara l-istorja ta’ Snow White. Din l-istorja kienet miktuba mill-aħwa Grimm fl-1812. L-irħama kienet ilha mitlufa mill-1884 u issa l-Mużew Djoċesan ta’ Bamberg se jkun qed jesebixxiha għall-ewwel darba.

Din l-irħama kienet intilfet wara li twaqqgħet il-knisja fejn kienet midfuna Maria Sophia. Din l-irħama kienet instabet f’dar f’Bamberg u din il-familja tatha b’donazzjoni lill-Mużew.


Von Erthal twieldet fl-1729 f’Lohr am Main, jew kif inhi magħrufa issa l-belt ta’ Snow White. Hija kienet oħt l-Arċisqof ta’ Mainz. Ommha kienet mietet meta kienet għadha żgħira, fl-età ta’ sentejn. Missierha kien reġa’ żżewweġ iżda Von Erthal ma kellhiex relazzjoni tajba magħha. Jidher li l-mara li żżewweġ kellha wlied oħra u ma kinitx tniżżilha. Din l-istorja nsibuha wkoll fl-istorja ta’ Snow White, li kienet tgħix m’ommha tar-rispett li ma kinitx tħobbha.

Missierha kellu fabbrika tal-mirja f’villaġġ fejn din l-industrija kienet attiva ħafna. Min hawn jaf nibtet l-ispirazzjoni tal-mera fl-istorja ta’ Snow White, fejn is-saħħara l-ħażina tfittex biex tara min kienet l-isbaħ mara, kif ukoll it-tebut tal-ħġieġ fejn kienet tpoġġiet Snow White.

Madankollu, l-istorja ta’ von Erthal ma spiċċatx bħall-istorja. Il-mara baqgħet qatt ma żżewġet u kienet tilfet id-dawl t’għajnejha u mietet fl-età ta’ 71 sena.


Bamberg kienet magħrufa li kellha seba’ għoljiet kif ukoll għal persuni nani li kienu jaħdmu fil-minjieri, bħalma hemm fil-film ta’ Walt Disney, seba’ nani jaħdmu fil-minjieri .

L-istorja ta’ Snow White saret popolari fl-1937 meta Walt Disney ħadmet l-ewwel cartoons tal-istorja – Snow White and the Seven Dwarfs.

Aħbarijiet Oħra
Televiżjoni u Radju

Dalgħodu Quinton, Clara, Chris u Melvic bdew il-ġurnata bid-daqquqa u ħafna staqsew x’ġaralhom? Għal ftit minuti, b’daħk bla waqfien ma felħux ikomplu jippreżentaw hekk kif spiċċaw b’mistieden bla ħsieb. Waqt…

Barranin

Iżrael se jmur għat-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn sena wara li skada ż-żmien biex tkun iffurmata koalizzjoni ta’ maġġoranza. L-elezzjoni li jmiss mistennija ssir fit-tieni jum ta’ Marzu li ġej….

Barranin

Il-poplu Ingliż illum jivvota fit-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn ħames snin. Il-postijiet ta’ votazzjoni f’650 kositwenza jiftħu madwar l-Ingilterra, Wales, l-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq fit-tmienja ħin lokali. Wara li…

Brexit

Il-poplu Ingliż għandu quddiemu deċiżjoni importanti ħafna . Skont kif se jkun ir-rizultat tal-elezzjoni ġenerali ta’ għada se jkun deċiż il-futur tal-pajjiż u tar-relazzjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea. Illum kienet l-aħħar ġurnata…

Aktar