COVID-19
Tista’ terġa’ tilbes il-maskra fl-istess jum?

Is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci llum kompliet twieġeb il-mistoqsijiet fuq l-aħjar użu tal-maskri, filwaqt li ddeskriviet bħala inkoraġġanti s-sitwazzjoni osservata s’issa.

Dwar jekk wieħed jistax jilbes l-istess maskra għal iktar minn darba fl-istess jum, Prof Gauci qalet li l-maskra għandha tendenza tixxarrab bl-umdità tan-nifs.

Qalet li jekk wieħed jinnota li l-maskra tkun ixxarrbet, allura m’għandhiex terġa’ tintilbes, għax dan inaqqas mill-effettività tagħha.

Dwar is-sitwazzjoni osservata fl-aħħar jiem fil-ħwienet, Prof Gauci qalet li għandek numru ta’ nies li qed jilbsu l-maskra, u qalet li din hija sitwazzjoni inkoraġġanti, u appellat biex ikompli dan is-sens ta’ altruiżmu biex nipproteġu lil xulxin.

Appellat biex fuq il-postijiet tax-xogħol jintużaw il-prinċipji bażiċi ta’ prekawzjoni, anki bl-ilbies ta’ maskri u visors fejn hemm bżonn.

Iċċarat li d-direttiva dwar l-ammont ta’ nies permessi fil-ħanut ma tinkludix il-ħaddiema tal-ħanut, iżda appellat biex f’kull ħanut ikun hemm biss l-ammont ta’ ħaddiema li verament hemm bżonn.

Fakkret li minkejja li l-maskri qed jiġu milbusa fil-ħwienet, il-persuni xorta waħda għandhom iżommu distanza ta’ żewġ metri bejniethom.

Ara wkoll:

Żewġ każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, 4 oħra mfejqa

Aħbarijiet Oħra

Id-dritt tal-aċċess għan-neputijiet u l-inkwiet tal-anzjani dwar il-pandemija kienu fost it-temi diskussi fis-seduta annwali tal-Parlament tan-Nanniet. Fl-intervent tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-anzjanità attiva Silvio Parnis qal li l-Gvern ser ikun qiegħed…

L-Aġenzija li tmexxi l-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment issospendiet il-liċenzja lill-kumpanija BT International. Is-sidien tal-kumpanija hija Nexia BT, li d-diretturi tagħha kellhom l-assi friżati b’ordni tal-Qorti nhar it-Tnejn bħala parti minn investigazzjoni…

Issuktat fil-Qorti l-kawża li qed jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fejn qed jitlob li jitħassar il-kuntratt ta’ Vitals Global Health Care għat-tmexxija ta’ tliet sptarijiet pubbliċi. Fi tmiem is-seduta, Dr…

Taljan ta’ 50 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi f’inċident fil-Gżira. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq Dr Ġuże’ Miceli għall-ħabta tas-1.15pm. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn irriżulta…

Aktar