Kultura
Tista’ tgawdi s-sbuħija ta’ palazzi storiċi filwaqt li tapprezza l-mużika u l-art

Palazzo Parisio fin-Naxxar se jkun wieħed mill-postijiet fil-festival Three Palaces ta’ din is-sena.

Is-seba’ edizzjoni ta’ dan il-festival organizzat minn Festivals Malta għandha t-tema “nirrealizzaw li l-ordinarju tagħna huwa fil-verità straordinarju”

Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li dan il-festival joffri mod uniku kif persuna tesperjenza l-mużika u l-arti f’binjiet mill-isbaħ li għandhom storja.

Il-festival li se jsir bejn fl-ewwel għaxart’ijiem ta’ Novembru se jkollu l-parteċipazzjoni ta’ artisti b’talent mill-aqwa kemm lokali u anke barranin.

Fost l-oħrajn hemm l-Orfeo Experience fil-Każin Malti, Tableaux Vivants da Caravaggio minn Ludovica Rambelli Teatro u kunċert tal-pjanu minn Angela Hewitt, pjanista klassika li se tagħti programm mill-aqwa b’xogħlijiet ta’ Beethoven u Bach, fil-Mużew tal-Arkeoloġija.

Aħbarijiet Oħra
Sigurtà

L-uffiċċju meteoroloġiku ħareġ twissija ta’ riħ qawwi. Ir-riħ min-Nofsinhar għal-Lbiċ ser ikun qawwi fuq il-Gżejjer Maltin, gradwalment isir qawwi ħafna. Twissija tibqa’ valida sal-10 ta’ dalgħodu u terġa’ tiġġedded kif…

Lokali

Anzjan ta’ 73 sena residenti Ħal Tarxien ġarrab ġrieħi gravi wara li lbieraħ filgħaxija ttajjar minn vettura li baqgħet sejra. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7 pm x’ħin l-anzjan kien qed jaqsam…

Politika

F’rapport li ppubblika f’Lulju li għadda wara talba mid-Deputat Godfrey Farrugia, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler ddeskriva li l-prattika li l-membri parlamentari jkunu impjegati jew konsulenti tal-Gvern bhala…

Aktar