Lokali
Tista’ tgħid “aw ġisem” lil xi mara li tkun għaddejja fit-triq?

Il-fastidju sesswali jista’ jsir ukoll fit-triq bħal per eżempju jkun hemm xi ħadd li jgħid “aw ġisem” jew “aw sbejħa” lil xi tfajla jew mara li tkun għaddejja.

Meta kienet qed tieħu sehem fil-programm TVAM, Dr Lara Dimitrijevic mill-Women’s Rights Foundation, qalet li Franza daħlu liġi dwar dan it-tip ta’ fastidju u kien hemm l-ewwel każ ta’ persuna li nstab ħati u weħel 3 xhur ħabs.  Żiedet tgħid li fl-Ingilterra din ukoll qed tiġi kkunsidrata li tidħol fil-liġi Ingliża.

Dwar il-liġi Maltija, Dr Dimitrijevic qalet li l-Women Rights Foundation ipproponietha meta kienet qed issir il-konsultazzjoni dwar il-Konvenzjoni ta’ Istanbul u sostniet li l-fastidju sesswali ma baqax japplika biss għal każi li jseħħu fuq il-post tax-xogħol imma b’mod ġeneriku.

Intant, fil-programm Ras imb Ras tal-bieraħ, Dr Dimitrijevic tkellmet dwar l-istupru u kemm ġieli l-vittmi jdumu biex jitkellmu dwar dak li għaddew minnu, bħalma ġara fil-każ tal-allegazzjonijiet li qed jiffaċċja Cristiano Ronaldo.  Dr Dimitrijevic spjegat kif ikun hemm min idum biex jaċċetta dak li ġralu u sostniet li f’każi ta’ din ix-xorta m’għandux ikun hemm preskrizzjoni.

TVAM jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7am u d-9am, filwaqt li Ras imb Ras jixxandar ukoll mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.30pm.

Tista’ terġa’ tara dawn il-programmi fuq TVMi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Għaqdiet ta’ Min iħaddem u unions tal-ħaddiema jaqblu li hemm bżonn riforma fit-tribunal industrijali li ilu mwaqqaf mill-1975. F’konferenza organizzata mill-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, MEA, ġiet diskussa l-bżonn ta’ din…

Lokali

Żewġ żgħażagħ mill-Mellieħa, kmieni l-Erbgħa filgħodu kienu involuti f’inċident fuq il-baħar meta baqgħu deħlin bid-dgħajsa f’ħajt tal-lukanda fil-Marfa. Lejl jistadu bil-froxxna għal ftit ma ntemmitx fi traġedja għal żewġt iħbieb…

Lokali

Il-Fondazzjoni RISE ser tiftaħ it-tieni dar għall-priġunieri li waslu fl-aħħar sena biex jiskontaw is-sentenza. Il-Fondazzjoni għandha programm li jgħin b’ħiliet biex jintegraw fis-soċjetà meta jiskuntaw is-sentenza. Il-Ministru Michael Farrugia qal…

Partit Laburista

Il-Partit Laburista permezz tal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u l-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia huwa maqtugħ mir-realtà u ma jafx x’qed jiġri…

Aktar