Lokali
Tista’ tgħin lill-Istrina billi tiġbor it-tappijiet tal-plastik

Fl-aħħar disa’ snin il-Kumpanija Green Pak permezz tal-Kampanja ”Nirriċikla għall-Istrina” għaddiet lill-Community Chest Fund is-somma ta’ aktar minn mitejn elf ewro. Il-pubbliku qed jerġa’ jintalab jiġbor it-tappijiet tal-plastik u jgħaddihom lill-iskejjel u l-Kunsilli Lokali. Il-Kampanja Nirriċikla għall-Istrina filwaqt li tħares l-ambjent tagħti kontribut soċjali.

Matul is-sena l-oħra permezz tal-inizjattiva ”Nirriċikla għall-Istrina” nġabru mal-55 tunellata ta’ tappijiet tal-plastik u l-Community Chest ingħatat €21,000 biex tgħin lil dawk l-aktar li għandhom bżonn. Filwaqt li tnediet il-Kampanja mill-President ta’ Malta George Vella, il-Kap Eżekuttiv tal-Green Pak Mario Schembri qal li fil-bidu l-kampanja kienet tinvolvi biss l-iskejjel iżda issa hija miftuħa wkoll għall-kumpaniji, negozji, organizzazzjonijiet u anke għall-pubbliku inġenerali.

”Green Pak kampanja sempliċi għax kulma wieħed irid jagħmel huwa jġemma’ t-tappijiet tal-plastik li jiltaqa’ magħhom fil-ħajja ta’ kuljum tal-minerali, l-ilma, tad-deterġents, iżommhom u jgħaddihom jew lill-iskola jew lill-Kunsill lokali. Aħna min-naħa tagħna bħala Green Pak norganizzaw il-ġbir tagħhom, filfatt il-kampanja taħdem is-sena kollha għalkemm id-donazzjoni li nagħtu lill-Istrina tkun fil-Milied, nibdew sa minn Jannar niġbru t-tappijiet.”

Is-Sur Schembri qal fl-aħħar 9 snin inġabru numru kbir ta’ tunnellati ta’ tappijiet li ssarrfu f’€200,000 li ngħataw lill-Community Chest Fund.

Il-President ta’ Malta George Vella qal li l-Kampanja Nirriċikla għall-Istrina tilħaq żewġ għanijiet fosthom li permezz tal-fondi li tingħata jkunu mgħejjuna aktar nies fil-bżonnijiet tagħhom.”

”President ta’ Malta l-użu tal-plastik nippruvaw nikkontrollawh u ma nħallux li jintuża darba u jintrema u allura hemm il-ġbir tat-tappijiet li jistgħu jkunu riċiklati u jintużaw għal darb’oħra u nevitaw li jispiċċa fl-ambjent bid-diżastri li qed nisimgħu fuqhom meta jitkisser u jsir tant żgħir li jidħol fis-sistemi tal-ħut u anke fl-iġsma tal-bnedmin, però mbagħad marbuta mal-fatt li skont il-piż li jinġabru jkun hemm donazzjoni ta’ flus għall-Community Chest Fund.”

Il-Ministru tal-Ambjent Jose Herrera qal li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ħejjiet id-dokument meħtieġ biex il-pajjiż jieħu miżuri drastiċi biex jindirizza l-kriżi li qed joħloq il-plastik li jintuża darba biss. Faħħar l-inizjattiva ”Nirriċikla għall-Istrina” għax qal li din qed tiffranka għadd kbir ta’ plastik milli jispiċċa fis-sistema ekoloġika u sejjaħ biex kemm jista’ jkun il-plastik ikun riċiklat.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Kull sena f’Malta jfeġġu madwar 20 każ ta’ kanċer fit-testikoli. Hu stmat li kull sena jmutu żewġt irġiel b’dan il-kanċer. Stħarriġ li sar ix-xahar li għadda wera li tnejn minn…

Kronaka

Lejlet it-tieni anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tnieda rapport imħejji minn Reporters Without Borders u The Shift News dwar ċ-ċirkostanzi li fihom seħħ il-qtil, l-investigazzjoni li saret dwaru, ir-reazzjoni…

Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Aktar