Televiżjoni u Radju
Tista’ tiġi l-PBS biex tieħu ritratti mal-libsa tat-tieġ ta’ L-Għarusa

Il-producers ta’ L-Għarusa se jagħtu ċ-ċans lis-segwaċi tagħhom biex nhar il-Ħamis jieħdu r-ritratti mal-libsa tat-tieġ li dwarha hija msawra l-istorja ta’ din id-drama tant popolari ta’ TVM.

Nhar il-Ħamis li ġej, il-Public Broadcasting Services se jiftaħ il-bibien tal-istazzjon nazzjonali biex il-pubbliku jkun jista’ jara kif isiru u minn fejn jixxandru l-programmi ta’ TVM, TVM2, Radju Malta, Radju Malta 2 u Magic Malta.

Matul il-ġurnata se jkun hawn bosta atturi mid-drama L-Għarusa, kif ukoll mis-sensiliet l-oħra li qed jixxandru bħalissa fuq TVM fosthom Manwela, Ħbieb u Għedewwa, u Vigilante, li se jkunu qed jieħdu r-ritratti mas-segwaċi tagħhom.

Tista’ tiġi l-PBS mal-familja kollha nhar il-Ħamis f’Open Day bejn l-10am u t-3pm biċ-ċans jiltaqa’ ma’ bosta preżentaturi u jidħol fl-istudjos fosthom tal-Aħbarijiet biex jieħu r-ritratti u jżommhom rikordju ta’ din l-okkażjoni.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Huma ħafna l-Maltin li jkollhom seba’ mitt sena sakemm jasal is-sajf biex igawdu l-baħar u jqattgħu ġranet sħaħ jilagħqu x-xemx. Sa seba’ snin ilu, Fiona Sammut kienet waħda minnhom ….

Enerġija

Bil-limitazzjonijiet kbar tal-art għal solar farms, l-MCAST flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tax-Xjenza u t-Teknologija qed ikompli jesperimenta dwar solar farms fil-baħar madwar Malta biex tiġi ġenerata l-enerġija mix-xemx. L-MCASTqal li dal-proġett…

Kronaka

Sid ta’ ħanut fil-Mosta qed jappella għall-informazzjoni wara li raġel illum waranofsinhar seraq mobile u ħarab jiġri. Fil-filmat, li nqabad minn kamera tas-sigurtà, jidher jidħol fil-ħanut dan ir-raġel. Ftit tal-ħin…

Lokali

Wara l-mewt traġika ta’ Jean Paul Bonnett kawża ta’ xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq karru għall-karnival, tħassru l-attivitajiet tal-karnival li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa. Il-Ministeru għall-Ġustizzja,…

Aktar