Kultura
Tista’ tiltaqa’ mal-Inkwiżitur fil-palazz fejn kien jgħix

Malta mogħnija b’mużewijiet u siti storiċi b’valur u wirt kulturali mprezzabbli fosthom il-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, l-uniku wieħed tax-xorta tiegħu fl-Ewropa li għadu miftuħ għall-pubbliku.

Fil-ħsieb ta’ ħafna nies, il-mużewijiet u l-palazzi antiku huma binjiet kbar li ħafna drabi jkunu pjuttost mudlama, possibilment mistkerrħa, u b’ħafna pitturi u oġġetti statiċi fihom.

Bil-ħsieb li jbiddlu din il-perċezzjoni u joħolqu esperjenza aktar ħajja u interattiva, Heritage Malta u Tech.Mt ingħaqdu f’inizjattiva bla ħlas biex kull min iżur il-Palazz tal-inkwiżitur jifhem aħjar kif kienet il-ħajja fih.

“Ħa jiltaqa’ ma’ personaġġi differenti ta’ nies li kienu jaħdmu fl-era ta’ meta l-inkwiżitur kien joqgħod f’dan il-palazz u jitgħallmu l-mod kif kienu jgħixu huma jiġifieri l-maggiordomo tiegħu, il-kok tiegħu, u nies oħra li kienu jaħdmu f’dan il-palazz u fl-aħħar mill-aħħar se jiltaqgħu mal-inkwiżitur innifsu,” spjegat Mary Rose Muscat minn Heritage Malta.

Saħansitra jista’ jesperjenza l-kċina tal-inkwiżitur li kien magħruf għall-ikel aktar fin u ta’ kwalità bħaċ-ċikkulata, l-kafè, u saħansitra l-ġelat.

“Fl-aħħar taż-żjara, kull min se jiġi se jduq dan il-ġelat b’riċetta tipika li sibna aħna fl-arkivji tal-mużew tagħna.”

Din l-inizjattiva msejħa ‘inovazzjoni diġitali’ hi parti minn proġett Ewropew għall-promozzjoni tal-wirt kulturali bejn seba’ msieħba minn sitt pajjiżi.

Isaac Sammut minn Tech.mt qal li l-proġett qed juża l-avvanzi tat-teknoloġija biex aktar persuni jkunu mħajr jżuru siti storiċi u kulturali.

Qal li “llum-il ġurnata kulħadd juża l-media soċjali għal mod kreattiv jew biex iħeġġeġ in-nies jagħmlu affarjiet li forsi ma kienux interessati jew ma kienux jafu bihom u n-nies qed inħeġġuhom biex jużaw il-media soċjali biex iħeġġu iktar nies iżuru dan il-post.”

Il-ħsieb taż-żewġ aġenziji hu li fil-ġejjieni jkomplu jikkollaboraw f’inizjattivi oħrajn biex it-teknoloġija tqanqal iktar interess fil-patrimonju u l-kultura Maltija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar