Mużika
Tista’ tisma’ l-kanzunetti oriġinali ta’ Karen Debbatista fuq il-mezzi diġitali kollha

Proprju llum, il-kantawtriċi femminili Karen DeBattista ħa tniedi Meta l-Qalb Tħabbat, kumpilazzjoni diġitali ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti li interpretat tul is-snin f’diversi spettakli nazzjonali; fosthom fl-Għanja tal-Poplu u fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Il-kanzunetti, ħamsa b’kollox għandhom kompożizzjoni ta’ Mark Scicluna filwaqt li l-lirika hija kollaborazzjoni flimkien ma’ Emil Calleja Bayliss, Rita Pace u Mark Amaira.

Rigward l-għażla tat-titlu għal din il-kumpilazzjoni, Karen DeBattista qalet li riedet ‘xi ħaġa b’sinifikat… frażi li mhux biss vers minn kanzunetta, iżda li turi li l-mużika hija waħda mill-affarijiet l-aktar għal qalbi’. Hi tkompli żżid li ‘jkunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi fil-ħajja, il-mużika tibqa’ hemm u ttini l-ħajja. Meta l-qalb tħabbat turi li anke jekk it-triq kienet diffiċli, dejjem imxejt ma’ dak li qaltli qalbi u wasalt fejn wasalt sforz is-sagriffiċcji u l-passjoni lejn il-mużika’.

Il-ħames kanzunetti li jagħmlu parti minn din il-kumpilazzjoni diġitali jġibu l-isem ta’ “Riflessi”, “Jien Ma Naħdimx”, “Ħarstek”, “Minn Wara l-Ħasira” u “Il-Bikja”. Ħames siltiet differenti għall-aħħar minn xulxin imma ‘b’lirika u mużika li ġiegħlu l-qalb tħabbat, u li jqanqlu memorji u esperjenzi sbieħ li żgur mhu ħa ninsa qatt.’

Fejn tidħol il-produzzjoni, żewġ kanzunetti huma xogħol ta’ Manolito Galea, filwaqt li Elton Zarb, Andrew Zammit, Philip u Sean Vella kienu risponsabbli minn kanzunetta kull wieħed. Lippubblikar diġitali huwa xogħol il-kumpanija CAP-Sounds, grazzi għall-kollaborazzjoni li għandhom ma’ Ironic PR & Artist Management, li Karen DeBattista tagħmel parti minnha.

Meta l-Qalb Tħabbat ta’ Karen DeBattista jinsab fuq il-mezzi diġitali kollha fosthom fuq l-iTunes.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar