Kurżitajiet
Tista’ tkompli tiekol l-għaġin għax ma jħaxxinx skont l-esperti

Kulħadd jibża’ xi ftit jew wisq imiss il-karboidrati meta jipprova joqgħod attent biex inaqqas ftit mill-piż.

Sforz li m’hu faċli xejn meta wieħed jikkunsidra kemm hemm ikel li nħobbu li huwa mimli karboidrati bħall-għaġin, il-patata u l-ħobż. Iżda, jeżisti xaqq ta’ dawl għaliex studju li sar f’St Michael’s Hospital fil-Kanada sab li l-għaġin mhu minnu xejn li jħaxxen.

B’differenza mill-biċċa l-kbira tal-karboidrati ‘raffinati’ li jiġu assorbiti malajr fid-demm, l-għaġin għandu indiċi gliċemiku baxx li jfisser li jipprovoka żieda minima fil-livelli ta’ zokkor fid-demm meta mqabbel ma’ dawk li jikkawżaw żieda għolja ta’ zokkor fid-demm.

L-istudju li qabbel 30 riċerka li nvolvew madwar 2,500 persuna li kielu l-għaġin flok karboidrati oħra sab li, dawk li kielu l-għaġin la żiedu fil-piż u lanqas żiedilhom ix-xaħam f’ġisimhom.

Fir-realtà, qal l-istudjuż John Sievenpiper, l-analiżi li saret uriet li dawk li kielu l-għaġin aktar tilfu piż milli żieduh. Dan ifisser li għal kuntrarju tal-biża’ li għandna marbut mal-għaġin, dan jista’ jkun parti minn dieta sana għaliex jikkontribwixxi għal livell gliċemiku baxx.

Iżda, l-istudjużi qed jgħidu li l-aktar ħaġa importanti hija li l-għaġin niekluh kif it-Taljani jħobbu jsajjruh ‘al dente’ – fejn ma ngħalluhx għal ħafna ħin. Dan jiffavorixxi l-metaboliżmu tal-ikel.  Jekk l-għaġin inħalluh isir wisq fuq in-nar, il-ġisem se jżid awtomatikament l-insulina li fl-aħħar mill-aħħar tikkontribwixxi għall-ħxuna u piż żejjed.

Biex l-għaġin ma jħaxxinx apparti l-fatt li m’għandux jitħalla jsir iż-żejjed, l-esperti wissew ukoll fuq zlazi li jħaxxnu u porzjonijiet kbar li jaqbżu t-80 gramma għall-irġiel u s-70 gramma għan-nisa.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Id-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle għandha programm ippakkjat b’bosta żjarat iżda hija tixtieq tirritorna lura f’art twelidha, fl-Istati Uniti, u tingħaqad mal-ħbieb u l-qraba tagħha. Infatti, Meghan iddeċidiet li, qabel…

Kurżitajiet

Il-plejer Portugiż Cristiano Ronaldo dejjem jispiċċa fl-aħbarijiet – jekk mhux għall-futbol għall-ġesti oħrajn li jagħmel barra l-pitch.  Infatti, l-aħħar rapport fuq il-media barranija jikxfu kemm il-ġenerożità tal-plejer multimiljunarju ma taqta’ qatt….

Kurżitajiet

L-istilla tat-tim Franċiż, Kylian Mbappé, se jkun qed jagħti l-istipendju kollu tiegħu li kiseb mit-Tazza tad-Dinja 2018 lit-tfal fil-bżonn. Mbappé, li għad għandu biss 19-il sena, saħħar lil kull min…

Kurżitajiet

Żgħażagħ bejn 16 u 18-il sena qed jippreferu jqattgħu l-ħin mal-familja, minflok fis-sess. Dan ħareġ minn studju li sar fir-Renju Unit, li minnu ħarġu xejriet differenti mis-snin ta’ qabel fir-rigward…

Aktar