Kurżitajiet
Tista’ tkun rebbieħ ta’ $654m jekk jitilgħu n-numri li tagħżel fil-lotterija Mega Millions

Din il-ġimgħa xi ħadd jista’ jkun fortunat jekk jitilgħu n-numri li jagħżel fil-lotterija Amerikana Mega Millions u jirbaħ $654 miljun (ekwivalenti għal €565.5 miljun).

Bi premju kbir bħal dan, tista’ tipprova tittanta xortik biex tirbaħ f’din il-lotterija, li minkejja li titla’ fl-Istati Uniti, ir-rebbieħ jista’ jkun minn Malta.

Minbarra l-premju tal-Mega Millions li jammonta għal $654 miljun (€565.5 miljun), miegħu jista’ jintrebaħ ukoll il-Powerball li għandu valur ta’ $345 miljun (€298.3 miljun).

Biex tieħu sehem minn Malta, issa huwa possibbli permezz tas-sit elettroniku theLotter, li huwa wieħed minn fost l-operaturi ewlenin ta’ dan is-servizz tal-bejgħ tal-biljetti.

Dan is-sit elettroniku juża aġenti lokali fl-Istati Uniti biex jixtri l-biljetti uffiċjali ta’ din il-lotterija, f’isem il-klijenti tiegħu li huma mifruxin madwar id-dinja.

 

theLotter iżomm pagament ta’ tranżazzjoni lill-klijenti u meta jixtru biljett jirċievu kopja tiegħu qabel isir it-tlugħ ta’ din il-lotterija.  Ma jittieħdu ebda kummissjonijiet mill-biljett rebbieħ.

Huwa faċli ħafna biex takkwista biljett online.  Jekk tagħżel theLotter huwa sigur.  Kienu bosta dawk li ħarġu rebbieħa b’dan il-mod.

S’issa l-fond ta’ premjijiet lir-rebbieħa li xtraw biljett minn dan is-sit elettroniku jammonta għal $90 miljun li nqasam bejn 4 miljun rebbieħ minn madwar id-dinja.

Apparti li jistgħu jinxtraw biljetti għall-Powerball u Mega Millions, minn dan is-sit elettroniku tista’ takkwista biljetti għal-lotterija Taljana SuperEnalotto, il-EuroJakpot, u bosta oħrajn.

Għal iktar tagħrif dwar kif tista’ tilgħab il-Mega Millions u Powerball online minn Malta, tista’ żżur is-sit elettroniku ta’ theLotter.

 

Dan huwa artiklu bi ħlas minn:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

F’intervista ma’ TVM, il-Kummissarju Elettorali Ewlieni, Joseph Church qal li f’Mejju tas-sena d-dieħla, ir-riżultat uffiċjali tal-votazzjoni għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali se jinħareġ fi żmien 12 jew 14-il siegħa …

Qorti

Sewwieq li qabeż central strip u baqa’ dieħel f’karozza b’mara u tarbija fiha kien immultat u kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża. L-inċident kien seħħ f’April tas-sena l-oħra, meta Herbert Said ta’…

Aktar