Mużika
Tista’ tqatta’ lejliet l-ewwel tas-sena ma’ Ira Losco fil-Belt

Ira Losco se tkun il-mistiedna ewlenija għaċ-ċelebrazzjonijiet li se jgħalqu s-sena 2018 u jagħtu bidu għas-sena l-ġdid 2019.

Il-kantanta Maltija se tkun qed tagħti kunċert b’xejn fi Pjazza San Ġorġ il-Belt fejn se jintlaħaq il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet, mhux biss tal-aħħar tas-sena, iżda wkoll tal-Belt bħala l-Kapitali Kulturali Ewropea 2018.

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef, qal li kull sena eluf joħonqu l-Belt għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejliet l-ewwel tas-sena, u huwa f’waqtu li l-programm ta’ attivitajiet mħejji għal din is-sena joffri spettaklu u divertiment bl-aqwa talent mużikali lokali.

Il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici qal li ċ-ċelebrazzjonijiet tal-bidu tas-sena se jpoġġu lil Malta fl-istess keffa ma’ pajjiżi Ewropej u pajjiżi minn kontinenti oħra li jiċċelebraw it-tokki ta’ nofsilejl f’ambjent mill-isbaħ.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Valletta 2018, Deo Debattista, qal li l-attivitajiet se jassiguraw li l-legat tal-Valletta 2018 ma jintesiex.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar