Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
14°
Max
18°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
14°
Max
18°
  • This article is also available in English
Sajd
“Tistadux kif ġieb u laħaq” – riċerkatriċi tisħaq li fl-ibħra tagħna hawn ħut perikoluż
Imtella' April 30, 2020 - Aġġornata 15 Ta' Ġunju, 2020 4:36pm
Rapport: Andrea Rossitto

F’dawn l-aħħar jiem Sandra Agius Darmanin, riċerkatriċi li ilha taħdem tmien snin mas-sajjieda rikreazzjonali qalet f’post fuq Facebook li dan l-aħħar inzertat għadd ta’ ritratti mtella’ fuq il-midja soċjali ta’ bosta nies li f’dawn il-jiem qed jerħulha qalb il-bċejjeċ tal-baħar u l-ilma kaħlani bit-tama li jaqbdu erba’ ħutiet. Qalet, li bosta qed jagħtuha għas-sajd għall-ewwel darba.

F’dan l-isfond f’kummenti lil tvm.com.mt ir-riċerkatriċi qalet li fost ir-ritratti onlajn innotat ħut perikoluż fosthom ta’ skorfon li l-aktar li ssibhom fejn ikun hemm il-blat u ta’ traċni li normalment jokkupaw żoni mrammlin.

Is-Sinjura Agius Darmanin qalet li dak li jkun m’għandux jintefa’ jistad kif ġieb u laħaq. Qalet, li l-pubbliku għandu joqgħod b’seba’ għajnejn hekk kif tip ta’ ħut bħat-traċni u l-iskorfon għandhom daharhom u l-ġenb ta’ rashom miksija xewk u biex tlaqqat tingiża daqs tazz’ilma. Perikolużi wkoll, is-Silver-cheeked toadfish li għandha valenu qawwi u l-Mediterranean moray eel li tigdem ġmielu, fost l-oħrajn.

Ir-riċerkatriċi appellat biex dak li jkun qabel ma jmur jistad jagħmel ftit riċerka u jsir aktar midħla tal-ħut li hawn fl-ibħra tagħna. Issuġġeriet, biex min imur jistad iġorr miegħu ftit misħun biex jekk jibla’ xi xewka m’idu jkollu biex itaffi l-valenu u l-uġigħ.

Għal aktar tagħrif, ir-riċerkatriċi ħeġġet ‘il-pubbliku jikkuntattjaha jew iżur dan is-sit.

Christian Martin, Silver-cheeked toadfish
Fabio Damato, Rockfish
Fabio Damato, Rockfish
Fabio Damato, Rockfish
Fabio Damato, Rockfish
Sandra Agius Darmanin, Mediterranean moray
Share
Aħbarijiet Oħra
Televiżjoni u Radju nisa sibtek
Nisa ta’ karriera jiftħu qalbhom – illum f’ ‘Sibtek’
Televiżjoni u Radju televiżjoni
Illejla fuq SERATARON Ozzy Lino, Mireille Bonello, John Busuttil il-Bużu… u t-Tiġieġa!
Barranin
ARA: Il-vaċċin jieħu post Jolene fid-diska ta’ Dolly Parton
Televiżjoni u Radju attur teatru
Charlie ta’ ‘Simpatiċi’ x’sar minnu? Joe Gatt f’ ‘X’sar minnhom?’ illejla
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
22/02/2021
COVID-19
Ristoranti, kiosks u snack bars jiftħu take-away biss sal-11 t’April
Lokali futbol
ARA: Il-Ħamrun fis-seba’ sema wara rebħa fuq Hibernians F.C.
Lokali
ARA: Fid-dettall il-miżuri l-ġodda biex tiġi kkontrollata l-imxija
COVID-19
AĠĠORNAT: Iwissi biex ħadd ma jitlob swab test bla bżonn
Barranin
Terremot qawwi f’New Zealand – twissijiet ta’ tsunami
Ġiżwita Malti fl-Iraq jgħid li l-vjaġġ appostoliku se jsolvi l-problemi li għadda minnhom il-pajjiż
‘Sabiħ ħafna żżomm l-irmied tal-annimal tiegħek għax almenu jibqa’ magħna fil-familja’
F’sentejn intużaw 1,000 tunnellata azzar għall-patrol boat ġdida tal-FAM 
“Deċiżjonijiet dwar saħħa għandhom jittieħdu mingħajr indħil politiku” – Bernard Grech
Dgħajsa bi 80 ruħ abbord skortata lejn Buġibba
ARA: Il-Ħamrun fis-seba’ sema wara rebħa fuq Hibernians F.C.
“Bl-isfidi mhux naqta’ qalbi imma niġġieled”
Għala se xxolji l-Band Krokus?
€1,000 għal kull stabbiliment tal-ikel li ntlaqat mill-aħħar miżuri tal-Covid
80% ta’ dawk li jitolbu l-għajnuna biex jegħlbu l-vizzju tad-droga huma rġiel
FILMAT: Persuni ta’ ‘l fuq minn 60 sena se jibdew jitlaqqmu kontra l-Covid-19
283 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 156 oħra mfejqa
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin