Lokali
Tiżwiqa ta’ mużika b’żewġ festivals bejn ir-Rebbiegħa u s-Sajf

Tiżwiqa ta’ mużika bejn ir-Rebbiegħa u s-Sajf bejn il-Festival Malti ta’ Mużika Dinjija u l-Jazz festival. Organizzati minn Festivals Malta, bejniethom għandhom joffru varjetà ta’ ġeneri ta’ mużika kemm minn talent lokali u anke minn mużicisti barranin.

It-tieni edizzjoni tal-Malta World Music Festival se jkun qed jagħmel ir-ritorn tiegħu fit-18 u d-19 ta’ Mejju fil-Forti Sant Iermu. Fuq medda ta’ żewg iljieli, sitt atti internazzjonali minn madwar id-dinja kollha se jkunu qed juru d-diversità, il-kobor u l-vivaċità li x-xena mużikali moderna għandha x’toffri. Minn interpretazzjonijiet kontemporanji ta’ forom mużikali antiki għall-espressjonijiet iżjed puri ta’ tradizzjonijiet folkloristiċi, l-iskeda għandha x’toffri lid-dilettanti tal-mużika ta’ kull tip. Oriġinarjament festival folkloristiku li issa ġie mtejjeb, il-fesitval ta’ Mużika Dinjija jħaddan mużiċisti internazzjonali rebbieħa ta’ premjijiet u artisti lokali emerġenti fid-dinja tal-mużika.

L-appuntament tas-sajf ta’ Festivals Malta huwa l-Jazz Festival li jiftaħ fis-sittax ta’ Lulju sal-21 ta’ l-istess xahar. Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, il-Jazz Festival se jerġa’ jtella’ bla ħlas il-kunċerti ta’ nofsinhar kif ukoll il-masterclasses.

“Il-Malta Jazz Festival hu l-uniku avveniment tal-kalibru tiegħu li jippromwovi u jiċċelebra l-jazz lokalment. Dan l-avveniment ta’ ġimgħa jservi ta’ vetrina f’post uniku għal artisti internazzjonali inkluż dawk ta’ kalibru għoli,” qalet Annabelle Stivala, Direttur tal-Festivals.

L-ikbar isem tal-Jazz fid-dinja huwa Chick Corea, li se jkujn prezenti ghall-jazz Festival ta’ Malta li fis-sena fejn il-Belt qed ticcelebra t-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, se jkollu tizwiqa ta’ talenti partikolari.

“Hemm parteċipazzjoni importanti Maltija din is-sena. Għandna lill-Malta Orchestra Big Band taħt it-tmexxija ta’ Paul Abela. Għandna grupp li jismu Blue Tangarine li huma kollaborazzjoni bejn mużicisti żgħażagħ Maltin u Franciżi u serje ta’ kunċerti ta’ nofsinhar quddiem il-Parlament b’parteċipazzjoni Maltija,” fisser Sandro Zerafa, Direttur Artistiku.

Il-Malta Jazz Festival se jkun mifrux mill-Belt sa Ta’ Liesse fejn 27 sena ilu dan il-festival beda jkun appuntament annwali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Plastic Europe, assoċjazzjoni li tiġbor produtturi tal-plastik minn madwar l-Ewropa, iltaqgħet f’Malta biex tiddiskuti mal-esperti u l-politiċi t-triq ‘il quddiem biex l-ibħra ma jibqgħux iservu ta’ miżbla għal eluf ta’…

Lokali

Koppja Maltija li tlett xhur ilu adottat tifel mill-Indja qalet li l-ferħ li tahom dan it-tifel f’ħajjithom huwa indeskrivibbli. Il-Koppja, Ian u Madeleine Sammut Dacoutros għandhom tifel ta’ sena u…

Lokali

Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Tonio Montebello qal li jintremew maż-2 miljun tunnellati ta’ skart li minnhom 333,000 tunnellata jinġabru minn boroz suwed. Huwa qal li nofs dan l-iskart seta’ ġie rriċċiklat….

Lokali

Waqt li komplew l-argumenti favur u kontra l-proposti tal-Gvern għall-emendi fil-liġi tal-IVF, il-Gvern wera qbil mal-President Marie Louise Coleiro Preca li din id-diskussjoni għandha ssir b’mod seren, iżda tenna li…

Aktar