Lokali
Titfakkar tabiba li ħadmet bla heda fost il-vittmi tad-droga

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u t-traffikar tad-droga.

It-tabiba Maria Sciberras ġiet deskritta bħala mara tal-azzar b’qalb tad-deheb. Kienet pijuniera fis-servizzi ghat-trattament tal-abbuż tad-droga bit-twaqqif taċ-ċentru Detox fl-Isptar San Luqa. Il-memorja tat-tabiba Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa.

Il-President George Vella ddeskriva lit-tabiba Sciberras bħala perseveranti fil-ħidma tagħha mal-persuni li kienu mirkuba bil-vizzju tad-droga. Qal li t-tabiba Sciberras kienet titkellem il-lingwa tagħhom u ddaħħlilhom f’moħħom li huma iktar b’saħħithom mill-vizzju li rikibhom. Il-President Vella faħħar lil min kompla jimxi fuq il-passi tat-tabiba Sciberras u qed jiġġieled il-pjaga soċjali tad-droga.

Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li l-Gvern impenjat li jkompli jinvesti u jaġġorna sistemi li jikkumbattu l-problema tad-droga. Dr Falzon qal li ċ-Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga għal żgħażagħ ta’ taħt is-18-il sena ser jitlesta sas-sena d-dieħla. Ħeġġeġ biex il-Gvern u l-Oppożizzjoni jkomplu jiġbdu l-istess ħabel f’dan il-qasam.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Solidarjetà Soċjali, Claudio Grech, esprima l-apprezzament għax-xogħol li tagħmel il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali mal-vittmi tad-droga. Is-Sur Grech qal li qatt m’għandna nkunu passivi quddiem il-miżerja li jġib miegħu l-abbuż mid-droga. Il-kelliem qal li hemm bżonn tkun indirizzata wkoll il-problema tal-istigma li qal għadha twassal biex persuni ibatu preġudizzji li jerġgħu jaqgħu fil-vizzju.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar