Titħabbar riforma fil-Pensjoni tad-Diżabilità

Matul is-sena d-dieħla l-Gvern ħabbar li se jkun qed jibda riforma fil-pensjoni tad-diżabilità wara li sentejn ilu żdiedet ir-rata tal-benefiċċju tat-tfal b’diżabilità.

Qal li din ir-riforma se taħseb f’dawk li minħabba d-diżabilità tagħhom ma jistgħu qatt ikunu f’pożizzjoni li jaħdmu u b’hekk jikkumplimentaw id-dħul mill-pensjoni mad-dħul mix-xogħol.  Dan ifisser li mis-sena d-dieħla se ssir riforma f’dan il-qasam fejn se jistabbilixxi tliet livelli ta’ ħlasijiet skont il-livell ta’ diżabilità.

L-ewwel livell se jkun jikkonċerna lil dawk il-persuni b’diżabilità li assolutament ma jistgħux jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol skont il-Barthel Index.  Dawn se jkunu qed jirċievu l-ogħla rata ta’ benefiċċju li se tiżdied, bit-tir ikun li eventwalment u gradwalment, din ir-rata tkun ekwivalenti għall-ammont nett li persuna ddaħħal mill-Paga Minima.

It-tieni livell se jkun bħal dak imħallas illum u se jkun qed jiġbor fih lil dawk il-persuni li d-diżabilità tagħhom taqa’ fil-parametri tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u jkunu jaħdmu jew jistgħu jaħdmu. Hawnhekk, il-Gvern se jkompli bir-riforma li permezz tagħha, mijiet ta’ persuni b’diżabilità daħlu fid-dinja tax-xogħol għall-ewwel darba.

It-tielet livell se jkun qiegħed gradwalment jiġbor fih diżabilitajiet li sal-lum għadhom m’humiex koperti bil-liġi u persuni li sal-lum ma jieħdux benefiċċju. Dan ifisser li persuni taħt is-60 sena li għax għandhom riġel jew dirgħajn wieħed nieqes, sal-lum m’humiex ikkunsidrati bħala persuni b’diżabiltà għall-fini tal-Pensjoni tad-Diżabilità.

Barra minn hekk, għal dawk li se jkunu qed jieħdu l-Pensjoni tad-Diżabbiltà fl-ewwel livell, id-dħul li jkun ġej minn xi benefiċċji jew pensjonijiet oħra, anke minn barra, mhux se jibqa’ jiġi ikkunsidrat fl-assessjar tal-eliġibilità tal-Karta r-Roża.

Għal dawk fit-tieni livell, id-dħul mill-impjieg mhux se jibqa’ jiġi kkunsidrat fl-assessjar tal-Karta r-Roża. B’dan il-mod, il-Ministru qal li se tkun qed issir ġustizzja meta tqis li ħafna mill-persuni b’diżabilità jkollhom bżonn ta’ attenzjoni medika.

Miżura oħra li se tiddaħħal hija li persuni li jirċievu l-Pensjoni tad-Diżabilità u li jkunu eliġibbli għall-mediċini b’xejn se jibdew jingħataw il-Karta r-Roża għal sena u mhux għal tliet xhur kif qed jiġri illum.  Qal li dan se jiffranka ħafna tbatija u skariġġ għall-persuni infushom u għal qrabathom.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel li ħebb għal kandidat tal-Partit Demokratiku li se jikkontesta l-elezzjoni għall-Kunsill Lokali ingħata l-libertà kkundizzjonata u ġie ordnat biex joqogħod ‘l bogħod minnuu. Jack Azzopardi ta’ 32 sena mill-Qrendi…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li minkejja li Malta hija pajjiż newtrali, ma jfissirx li għandha tagħlaq għajnejha. Huwa qal dan waqt li kien qed iwieġeb għad-domandi tal-ġurnalisti dwar id-deċiżjoni…

Politika

L-għada li għalqu n-nomini tal-kandidati għall-elezzjonijiet lokali, il-Partit Laburista qal li kien għall-Partit Nazzjonalista l-elezzjonijiet ma kienux isiru f’diversi lokalitajiet u ser isiru għax il-Partit Laburista ħareġ aktar kandidati biex…

Ambjent

Il-loqom tas-sigaretti huwa l-iktar tip ta’ skart li jispiċċa fil-baħar, u jittiekel mill-ħut u l-ħlejjaq marittimi, bil-konsegwenza li joqtolhom. Meta bħalissa qed tiżdied il-kuxjenza dwar l-iskart, b’mod partikolari dak li…

Aktar