Barranin
Titħabbar serje ġdida bbażata fuq Game of Thrones

Aħbar sabiħa għal dawk li kienu ddispjaċuti meta s-serje popolari Game of Thrones ġiet fi tmiemha, hekk kif l-istazzjon HBO ħabbar li se tinħadem serje ġdida bbażata fuqha.

Is-serje l-ġdida, intitolata House of the Dragon, hija ‘prequel’ għal Game of Thrones, u tirrakkonta ġrajjiet li seħħew 300 sena qabel is-serje oriġinali.

Casey Bloys, president tal-programmi tal-HBO, qal li s-serje l-ġdida se tkun ibbażata fuq House Targaryen u l-bidu ta’ Westeros.

Game of Thrones kienet l-iktar serje popolari tal-HBO, fejn rebħet diversi Emmy Awards u kienet segwita minn għexieren ta’ miljuni ta’ telespettaturi madwar id-dinja.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Malta, Franza, Spanja, l-Italja u l-Ġermanja huma fost il-pajjiżi Ewropej li r-Renju Uniti iqis bħala pajjiżi b’riskju baxx. Tħallew barra pajjiżi bħall-Iżvezja, l-Istati Uniti u l-Brażil minħabba l-għadd għoli ta’…

Mużika

Il-kantanta Maltija Giorgia Borg għandha biss 12-il sena. Minkejja l-età pjuttost ċkejkna, f’April tas-sena l-oħra Giorgia ttantat xortiha b’kanzunetta oriġinali lil hinn minn xtutna fix-show ‘Britain’s Got Talent’ u f’kemm ili…

Barranin

Jean Castex hu l-Prim Ministru l-ġdid ta’ Franza. Dan wara li Édouard Philippe rreżenja mill-kariga li kienu ilu jservi 3 snin. Dan l-iżvilupp seħħ wara li l-Partit ta’ Macron mar…

COVID-19

Riċerkaturi fl-Università Federali ta’ Santa Catarina fil-Brażil ħabbru li f’Novembru li għadda sabu l-preżenza ta’ coronavirus f’kampjun tad-drenaġġ, li ttieħed minn Florianopolis, il-kapitali ta’ Santa Catarina fin-Nofsinhar tal-Brażil. Dan ifisser…

Aktar