Lokali
Titħajjar tagħti sehmek biex issalva persuna fuq il-baħar?

Is-St John Rescure Corps qed jagħmel stedina għal volontiera interessati li jagħtu ħinhom f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ fuq il-baħar. F’ċerimonja annwali ta’ din l-organizzazzjoni, li tħaddan fiha 90 volontier, terz ġew rikonoxxuti ghal ħidmiethom f’diversi emerġenzi.

Is-St John Rescue Corps ilu mwaqqaf mill-1986, u l-membri joffru servizz b’xejn lill-forzi tal-ordni f’Malta. Din l-organizzazzjoni tħaddan 90 volontier, b’uħud minnhom ġew rikonoxxuti għall-ħidma tagħhom, fosthom fl-Ewwel Għajnuna u f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ fuq il-baħar u ħidma ta’ tifi tan-nar.

“Jien għalliema tal-edukazzjoni fiżika ġo skola. B’hekk minħabba li għandi ħafna taħriġ u esperjenza differenti, ilna mal-Corp 7 snin, kull ħaġa li tinqala’ mat-tfal, inkun nista’ nirreaġixxi aktar malajr għal dak li jkollhom bżonn it-tfal,” qalet il-voluntiera Samantha Tabone.

“Jien iffukat l-aktar fuq fire allura l-affarijiet li tara ħażin jew tara xi aċċident, tieqaf tgħin. M’ilux kien hemm aċċident, inqalbet karozza, u morna ngħinuhom,” spjega l-voluntier Robert Attard.

“Għalija li titħarreġ f’din id-dixxiplina huwa mod kif tgħin lis-soċjetà u kif tista’ tkun ta’ benefiċċju għas-soċjetà,” qal il-voluntier Peter Bonello.

Dawn il-volontiera ħadu sehem f’diversi simulazzjonijiet ta’ emerġenza li esponew il-ħiliet li kisbu.

Omm Jessica Micallef, it-tfajla li tilfet ħajjitha f’inċident kważi xahar ilu, qalet li għal bintha il-volontarjat fosthom f’din l-organizzazzjoni kien kollox. “Ifisser ħafna bħala tifkira u x-xogħol li kienet tagħmel għax kienet tagħmlu ħafna għal qalbha u nżommu tifkira tagħha, għall-inqas mhux qiegħda hawn apparti affarijiet oħra li kienet tagħmel jiġifieri,” qalet Doris Micallef.

Waqt l-għoti taċ-ċertifikati għal taħriġ lill-membri, il-Kummissarju tas-St John Rescue Corps, Andrew Grech, għamel stedina għal volontiera li huma interessati f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ fuq il-baħar.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Edukazzjoni

L-edukazzjoni ma tieqafx mal-età obbligatorja! Id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja beda jilqa’ applikazzjonijiet mingħand adulti li fis-sena skolastika li jmiss jistgħu jsegwu xi wieħed minn 450 kors, kemm f’oqsma akkademiċi kif…

Kronaka

Il-Pulizija jidher li tinsab viċin li ssolvi omiċidju li jmur lura ħdax-il sena. Il-każ jitratta tfajla li ilha rappurtata nieqsa mill-2008 u minn investigazzjonijiet li saru fl-aħħar jiem irriżulta li…

Aktar