Saħħa
Titħajjar tagħti xi organu wara mewtek?

Il-Milied jinsab kważi magħna. F’għadd ta’ lokalitajiet madwar il-gżejjer Maltin beda jinxtegħel l-ewwel dawl dekorattiv għal żmien il-festi, fosthom fil-Belt Valletta. U bħalissa, dak li jkun jibda jaħsiblu għar-rigali. Iżda, lil hinn mill-materjaliżmu, ġieli għaddielek minn rasek li tagħti xi organu wara mewtek?

Id-donazzjoni tal-organi wara l-mewt huwa ġest altruwistiku li ma jiswiex flus hekk kif ħafna drabi ġest nobbli bħal dan kapaċi jtejjeb ħajjet dak li jkun mil-lejl għan-nhar.

U bil-għan li l-pubbliku jsir aktar midħla tad-diversi benefiċċji relatati mal-għotja tal-organi, id-direttur tad-Direttorat għall-Istandards fil-Kura tas-Saħħa, Patricia Galea, spjegat li meta persuna tirċievi trapjant, bħal ngħidu aħna tal-kliewi, tal-korneja tal-għajnejn jew tal-qalb, lil dak l-individwu, bil-ġest tiegħek, daqslikieku tkun wellidtu mill-ġdid.

Bħalissa hemm 20,000 donatur tal-organi, u l-mira hija li jintlaħqu l-25,000 ruħ sal-Milied.

Jekk inti interessat li tkun wieħed minn dawn il-5,000 ruħ jew għal aktar tagħrif tista’ żżur il-kunsill lokali tar-raħal tiegħek stess. U, jekk bi ħsiebek tirreġistra, tista’ tiġbor formola mill-kunsill lokali stess, jew billi taċċessa dan is-sit bl-e-ID: servizz.gov.mt.

Id-Donazzjoni Tal-Organi

Bħalissa hemm 20,000 donatur tal-organi, il-mira hi ta' 25,000 sal-Milied.Lest li tkun wieħed minn dawk il 5,000?TVAM kuljum fuq Television Malta mis-7am sa 9am flimkien ma' Quinton Scerri u Clara Farrugia#tvam #breakfastshow #television #malta #followupAra aktar episodji hawnhekkhttps://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/programmes/tvam/

Gepostet von Television Malta am Mittwoch, 20. November 2019

 

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Il-ħaddiema fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei għandhom missjoni waħda kull meta jmorru għax-xogħol, li jsalvaw il-ħajja tan-nies. Xi ħaġa li qalulna jagħmlu mingħajr daqq tat-trombi u b’sodisfazzjon kbir. Il-bieraħ fis-serata…

Televiżjoni u Radju

Twieled u trabba l-Belt Valletta. Fl-imgħoddi kienet l-hena tiegħu jieħu sehem fid-drammi tal-Ġimgħa l-Kbira. Wara kors fid-drama, bil-mod il-mod, beda jieħu sehem f’diversi produzzjonijiet televizivi, fosthom ‘Deċeduti’ u ‘Qlub Imweġġgħa’,…

Mużika

Nazzareno Alessandro Micallef, magħruf bħala Renato, miżżewweġ liż-żeffiena popolari Alison White. Iżda, kif iltaqgħu? U, l-interess lejn xulxin kien reċiproku sa mill-bidu? Renato u Alison iltaqgħu f’lukanda fi fjur żgħożithom,…

Aktar