Kurżitajiet
Titħajjar tieħu somma biex titlaq kollox u tgħix hawnhekk?

Jekk kont qed taħsibha biex tixtri propjetà fi Sqalija b’€1 aħsibha sew l-għaliex Locana ħarġu b’offerta aħjar.

Locana, villaġġ żgħir fi Piemonte, viċin l-Alpi, qiegħed joffri lill-barranin €9,000 kull sena għal perjodi ta’ 3 snin biex imorru jgħixu hemm u jibnu familja u jagħmlu l-almu tagħhom biex jaqilgħu imqar salarju ta’ €6,000 fis-sena.

Is-sindku Giovanni Bruno Mattiet ħareġ b’din l-idea għaliex il-popolazzjoni tal-pajjiż hija waħda anzjana, biż-żgħażagħ tal-pajjiż jemigraw mill-pajjiż biex ifittxu xogħol u ħajja oħra.

Mattiet wiegħed ukoll madwar €1,000 għal kull wild fil-familja bit-tir li l-ħajja fil-villaġġ tkompli tikber u titkattar.

Mattiet qal li minn popolazzjoni ta’ 7,000 resident fl-1900, illum il-ġurnata mal-1,500 persuna biss għadhom jgħixu fil-villaġġ.

Lest tippakkja kollox u tmur tgħix għall-kwiet qalb il-muntanji?

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Fil-belt ta’ Porthcawl, f’Wales, mistennija jiġu installati latrini li ma jippremettux li jsiru fihom attivitajiet bħas-sess, il-vandaliżmu u t-teħid tad-droga. Dawn il-latrini ġew iddiżinjati tapposta biex ixarbu bl-ilma lill-persuni li…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Barranin

Għal xi wħud il-ħin tal-inżul mill-ajruplan spiss ikun ta’ uġigħ ta’ ras, speċjalment jekk ikunu fuq in-naħa ta’ wara. Ħafna nies ħerqana biex jinżlu, ma jagħtux ċans lil ta’ quddiemhom…

Barranin

“M’għandix bżonn diving board” hija d-deskrizzjoni li Ryan Tchoungoua jagħti dwaru nnifsu fuq il-profil ta’ Instagram. Dan iż-żagħżugħ Amerikan minn New York qed isir famuż wara li filmati tal-qabżiet tiegħu…

Aktar